L-Oroskopju
Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa, kif imwassal minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il-qamar kwinta taħt iż-żodijaku ta’ Cancer ser iġiegħlek tagħmel sagrifiċċji kbar sabiex tingħata bħal promozzjoni jew għarfien aktar fil-karriera tiegħek però għal xi raġuni dan mhux se jintlaħaq. Daħħalha f’moħħok li int qiegħda tiġi nnotata għal dan. Għalissa mhux il-waqt li dak li tixtieq jasal, minflok sib ftit ħin u spazju sabiex tirrilassa għax dan għandek bżonnu biex issaħħaħ aktar lilek innifsek.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Capricorn u Taurus
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cancer ħa tinġieb quddiemek informazzjoni importanti imma b’ċertu dettall nieqes. Int ħa tagħmel minn kollox sabiex tkun taf dawn id-dettalji. Din se tpoġġik f’sitwazzjoni ftit imħawda u aktar se tissuspetta ħażin meta taħseb dwar għaliex ġejt mogħti din l-informazzjoni u x’kienet l-intenzjoni wara dan kollu. Il-parir hu biex tagħraf il-fatti u imxi biss fuqhom u xejn aktar minn hekk.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Libra u Aries
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sal-20 ta’ April
Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cancer ser iġġiegħlek tħoss xi forma ta’ ħajt li kien qed itelfek issa waqa’. Int issa qed tħossok aħjar u lesta biex timxi ’l quddiem. Dan ħa jkompli jissaħħaħ meta fi ftit ġimgħat oħra se tiltaqa’ ma’ persuna li se tkompli tgħinek tħossok aħjar. Int issa rilassat imma ħu din is-sitwazzjoni b’aktar kawtela. M’għandekx għax tgħaġġel, ftakar x’passat kellek u minn xiex għaddejt; imxi bil-moħħ u mhux bil-qalb.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Capricorn u Virgo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu
Taurus mill-21 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cncer ser iwassal lejk ħafna kritika. Għalkemm ġewwa fik taf li dak li ħloqt int huwa tajjeb żgur u għandu jikber, xorta waħda bħal donnu ma hemm ebda forma ta’ oppożizzjoni. Għalhekk issa trid tagħraf tifhem aktar u tispjega ħalli tinftiehem aħjar. B’hekk int tiġi mgħarraf u aċċettat. Minn din l-esperjenza tgħallimt torganizza lilek innifsek aktar b’impenn f’dan il-qasam li għadek tibda.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Pisces u Sagittarius
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cancer ser idaħħlek f’bosta fażijiet fejn int trid tkun magħruf għal dak li qed tagħmel. Żgur li s-sagrifiċċji kbar li qed tagħmel se jħallu l-frott tagħhom fl-opportunitajiet li se jkomplu jippreżentaw ruħhom. Forsi qed tħoss id-diżappunt fl-imħabba imma ħares ’il quddiem. Kollox se jasal f’ħinu u waqtu. Bħalissa ffoka fuq il-karriera tiegħek imma trid issib xi forma ta’ bilanċ jekk trid tidħol f’relazzjoni fil-futur.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Scorpio u Aries
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-qamar kwinta li bħalissa qiegħed fuqek stess ser jagħtik iktar abbilità. Forsi sibt lilek innifsek maqbuda f’taqtigħa. Żomm sod fik innifsek ħalli dejjem toħroġ rebbieħa. Fittex parir mingħand persuna li dejjem gwidtek fil-pożittiv. Ċertu tibdil madwarek agħraf agħmlu bil-għaqal. Laqgħa importanti ħa tnissel fik dawl ġdid għal dak li jista’ jidher dlam bħalissa, ħu parir mingħand min tafda sew.
Tippermettix dan, meta int riesaq lejn dak li dejjem xtaqt.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Aquarius u Leo
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cancer ser jikkawża xi ftit ta’ tfixkil għalik għall-ġimgħat li ġejjin meta opportunità ħa tkun riesqa lejk. Int din tkun tixtieqha, għalkemm ma tridx tweġġa’ s-sentimenti ta’ ħaddieħor trid tara kif ħa tagħmel xi tip ta’ kompromess ħalli waqt li tikkuntenta dak li int wegħdet, dak li ġej tersaq lejh b’kuxjenza nadifa. Agħraf imxi bil-moħħ biss u mhux tagħżel li timxi b’qalbek għalissa.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Libra u Virgo
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cancer ser jagħmlek persuna ftit aktar kalma, kwieta u kollettiva anke taħt l-aktar mument ta’ tensjoni u jaħraq. Għalkemm sħabek jixtiequk aktar fuq ruħek, japprezzaw ħafna l-karattru tiegħek. Għalhekk ħu l-parir li tibqa’ miexi kif tħoss int u tinbidilx biex togħġob lil ħaddieħor imma agħraf biss dak li jkun ta’ ġid lejl il-ħajja personali tiegħek u xejn aktar.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Gemini u Pisces
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cancer ser jagħmlek tħaffef aktar sabiex twettaq ċertu panijiet u obbligi li int għandek. F’moħħok bħalissa għaddej il-ħsieb dwar int min int, fejn vera trid tasal u xi trid fil-verità. Għalhekk għandek issib ftit spazju għalik waħdek u tinqata’ ftit mid-dinja mgħaġġla ta’ madwarek sabiex tagħraf xi trid eżatt. Dan hu l-aħjar żmien għal Libra u għalhekk agħraf ħaddem dan il-mument.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Aries u Taurus
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cancer se joffrulek l-opportunità li m’għandekx tirrifjuta għax hi differenti minn dak li xtaqt jew forsi ħsibt li se jkollok. Tirrifjutax għax fil-fantasija tiegħek xtaqt xi ħaġa oħra. Din tista’ tkun dik l-opportunità li tibdel il-mod ta’ kif tadatta ruħek. Din hija opportunità ta’ bidla f’dik id-direzzjoni li se ġġiblek id-dawl għal dak li ġej.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat- Tnejn
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat- Tlieta
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Leo u Aquarius
Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cancer ser joħloq fażi ta’ taqlib li qisek kont tlift il-kontroll ta’ kollox u issa dan ġabek f’salib it-toroq u ma tafx x’ser taqbad tagħmel. Dan huwa żmien fejn trid tieħu kollox mill-aspett pożittiv u bil-kalma tara x’inhu verament l-aħjar għalik. Ħu parir imma l-aħħar kelma għandha tkun tiegħek. Fittex ara x’inhu l-aħjar għalik u tħallix iż-żmien għaddej għax jaf ikun żmien moħli kemm għalik u anke għal ta’ madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Aries u Virgo
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-qamar kwinta fiż-żodijaku ta’ Cancer jista’ jwasslek għal dik il-ħolma li tant ilek toħlom dwarha. Int trid aktar fiduċja fik innifsek u anke f’dak li verament tixtieq. Int bħalissa tinsab maqsuma bejn dak li tixtieq temmen u l-biża’ ta’ madwarek. Dawn huma ġrabet fejn int għandek tegħleb din il-biża’ sabiex tikseb aktar fiduċja fik innifsek sabiex dak li għadu ġej ikun ta’ ġid li tant jixraqlek.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
F’dan il-qamar kwinta int għandek tevita lil persuni mill-istilel ta’ Aquarius u Scorpio
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom