L-Oroskopju

Ara xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa kif inwassal lilkom minn PaulJon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo u dan ser ipoġġik f’sitwazzjoni ta’ riflessjoni dwar ir-relazzjoni tiegħek. Trid tuża moħħok u mhux qalbek dwar deċiżjoni li ser tieħu fl-imħabba. Għalkemm int persuna motivata, tagħmilx tibdil li ma hemmx bżonnu, jekk tħossok tajba kif int żomm ma’ dak li hemm però l-bidu ta’ dan iż-żodijaku ser ikun xi ftit iebes.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo u dan hu żmien delikat minħabba li għadek trid tara kif tista’ ttejjeb ir-relazzjoni tiegħek anke ma dawk li tiffrekkwenta spiss. Saħħaħ dak li għandek madwarek, tidħolx għal piż li ma tkunx tista’ tlaħħaq miegħu. Imxi ma’ dak li tiflaħ għax fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku se tiġi affaċjat bi sfida fejn ser ikollok tieħu deċiżjoni però itlob li tingħata żmien għar-riflessjoni.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

 

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo u tħallix lilek innifsek twebbes rasek għax ma jiswa għal xejn. Trid tibbilanċja ftit. Prova ifhem dak l qed tħoss f’qalbek u dan ikun aħjar sabiex proposta li ilek taħseb dwarha issa wasal iż-żmien li tibda twettaqha. Issa huwa l-mument għal dan aktar u aktar li beda ż-żodijaku ta’ Leo li b’hekk int se tagħraf tibni spazju sew għalik u dan sabiex tkun tista’ tagħti ftit ħin għalik innifsek.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta       

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

 

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo u tħallix lil dan il-bidu jreġġgħek lura f’esperjenza tal-passat li se terġa’ titqanqal u li dan mhux ser ikun tajjeb meta int qed terġa’ tibni mill-ġdid. Irrifletti u agħraf li ma tistax tqabbel u titfa’ lil kulħadd f’keffa waħda. Ħadd mhu perfett. Tħarisx lejn il-perfezzjoni għax m’intix se ssibha aktar u aktar fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku ta’ Leo li għandu jkun ix-xahar fejn int terġa’ tibda tingrana fil-karriera jew xogħol li tagħmel. Ikkonċentra aktar.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn        

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

 

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo u int trid tagħraf l-isfida tal-passat. Trid tagħraf toħroġ minnha rebbieħ għax għandek l-abbiltà kollha sabiex tagħraf takkwista dan trid tkun paċenzjuż. Dan anke biex tara l-proġett li investejt fih jikber, trid tagħraf tmexxih aktar u tressqu ’l quddiem għat-tkattir. Issa aktar u aktar f’dan il-bidu taż-żodijaku ta’ Leo għaliex għandu jwasslek sabiex tagħraf tikber fil-karriera tiegħek, imma agħraf ukoll kun kawt f’min tafda.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius       Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

 

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo, agħraf irrifletti tad-deċiżjoni li dejjem qed tersaq lejk. Għalkemm int qed iżżomm kemm tista’ lura, il-mument tad-deċiżjoni hu dejjem riesaq sabiex il-bidla li int tixtieq twettaq tagħraf tagħmilha fil-mument ġust. Però ma trid tibża’, int għand dritt f’dak li temmen u aktar issa li beda ż-żodijaku ta’ Leo, dan ser iġiegħlek timtela b’dak il-kuraġġ li tant għandek bżonn.  

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

 

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo stess u għalhekk trid tagħraf li għandek responsabbilità għal dak li ġej. Kun ta’ bilanċ u ħu r-responsabbilità fuqek mingħajr ma tħalli lil ħaddieħor jimpressjonak. Il-parir li se tirċievi agħraf imxi fuqu u pprova imxi ma’ dak li int ġejt iggwidati fih. Mhux żmien li tibdel aktar u aktar issa li f’dan iż-żodijaku se tagħraf sfida ġdida għalik. Kun żgur li tagħraf tagħmel dak kollu li tista’ b’għaqal.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn  Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo. Aspett tajjeb hu li dan il-bidu ser iservi sabiex int tikkonċentra aktar dwar ir-relazzjoni tiegħek. Hekk issaħħaħ aktar il-qagħda ta’ bejnietkom. Jekk għandek xi ħsieb dwar xi xiri ta’ xi dar, dan iż-żmien jaf ikun tajjeb imma waqt li għandek tmur għal parir ġenwin, tmurx għall-ewwel dar. Il-bidu taż-żodijaku ta’ Leo ser ikun ferm tajjeb u għaqli għalik għax jaf joffrilek opportunità fil-karriera li tiftaħlek kapitlu ġdid.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

 

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo li għalkemm int tinsab xi ftit bejn ħaltejn tajjeb li tħares ’il quddiem u mhux tibqa’ mwaħħal mal-passat. Agħraf it-tajjeb li int il-ġurnata tal-lum għandek xi ħsibijiet ta’ tibdil ġewwa fik li jafu jkunu xi ftit ambizzjużi imma jekk int tħossok komdu f’dan imxi f’dak li tħoss speċjalment issa li beda dan iż-żodijaku ta’ Leo fejn int għandek tagħraf sabiex fejn int kapaċi tkompli tkabbar dak li hemm madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

 

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo li għandek tagħraf tilqa’ xi ostaklu li jista’ jinqala’ madwarek ovvjament dan mhux se jawgura tajjeb jekk int ma tagħrafx sew dak li vera hemm bżonn isir. Taf li kull bidla li tiġi fiha s-sagrifiċċji tagħha u trid tkun lest min-naħa tiegħek li tagħti prova ta’ dan kollu aktar u aktar issa fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku li minn issa sejjer tibni pedament għal dak li ġej. Agħraf ibni fis-sod ħalli tilqa’ aktar.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Cancer

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo u dan sejjer iġib bidla lejk. Tistenniex li b’din il-bidla l-affarijiet ħa jinbidlu mil-lum għal għada. Agħraf agħti ċans sakemm jinħass l-effett tagħha. Ikun tajjeb li tibda tagħraf aktar x’inhu l-vera bżonn ta’ madwarek u b’dan il-mod int tagħraf aktar lilek innifsek aktar u aktar issa fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku fejn int trid tagħraf sew biex tibda tħares ’il quddiem b’aktar pożittività.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Mil-lum jibda ż-żodijaku ta’ Leo u dan sejjer iġib miegħu ostakli li dan l-aħħar bdew ħerġin fir-relazzjoni tiegħek sabiex tagħraf issib tarfhom qabel ma jikkumplikaw ruħhom. Trid tagħraf min huma l-ħbieb vera madwarek u dan ikun tajjeb għalik sabiex in tkun taf fejn qiegħed aktar u aktar issa fil-bidu ta’ dan iż-żodijaku ta’ Leo li se joffrilek opportunità sabiex il-biża’ li kellek tiġi megħluba u b’hekk int tagħraf aktar x’hemm madwarek.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek forma ta’ gwida din il-ġimgħa ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment