L-Oroskopju
Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il- bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Aquarius ser ikun ix-xahar fejn int trid tagħraf lilek innifsek. Għalkemm għandek sitwazzjonijiet li għandhom bżonn ċertu attenzjoni issa huwa l-waqt li tieqaf u tirrifletti f’liema direzzjoni jaqbillek timxi. Int tħoss li tajt ħafna lil ta’ madwarek imma għalik personali bqajt lura. Għalhekk issa hemm bżonn li ddur dawra miegħek innifsek u tkabbar dak kollu li hemm madwarek.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Aries
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Pisces ser ikun xahar fejn ħa jtaffilek ftit mill-problema finanzjarja. Finanzjarjament ħa tibda tara ċertu stabbiltà li ilek ftit ma tkun fiha però għalkemm se tara t-titjieb xorta waħda ma tridx tonfoq bla kontroll. B’hekk ċaqliqa li forsi kont ilek tippjana issa huwa l-mument li tibda tiffoka fuqha.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Leo
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Aries ser ikun dak ix-xahar fejn trid tagħraf iżżomm il-kontroll aktar tad-dieta tiegħek fejn jista’ juri li għalkemm iżżomm ċertu bilanċ f’dak kollu li int tiekol xorta waħda qed tara li għad m’hemmx progress, importanti li ma taqtax qalbek għax dan se tarah fil-ġimgħat li ġejjin. Trid tagħraf issa però aktar kif int taqsam bejn dieta u eżerċizzju. Agħraf dan il-bilanċ u tirnexxi.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Virgo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Taurus ser ikun dak ix-xahar fejn trid tagħti importanza lir-relazzjoni tiegħek. Jista’ jkun li mingħalik li int qed tagħti l-aħjar imma hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni u motivazzjoni, anke tajjeb li tagħti xi weekend break bħala sorpriża biex tkabbar ir-relazzjoni tiegħek. Jekk int single, Libra se tipprovdilek imħabba dalwaqt.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Scorpio
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Gemini ser ikun ix-xahar fejn il-karriera tiegħek sejra tieħu dimensjoni oħra. Għalkemm dan forsi m’intix tarah għalissa imma fi ftit żmien ħa tibda tara u tagħraf kemm il-karriera li int tħaddan miexja ’l quddiem u kemm sejrin jinfetħulek toroq. Iżda xorta żomm lilek innifsek kawt u kemm tista’ s-suċċess żommu għalik għax dak huwa s-sigriet tas-suċċess tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Capricorn
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Cancer għandu jkun dak ix-xahar li fih trid tibni aktar kuraġġ fik. Trid tibni aktar kunfidenza fik u tagħraf x’hemm bżonn għalik. Mhux iż-żmien li żżomm lura imma huwa l-mument li trid tagħraf lilek innifsek u dak kollu li hemm madwarek. Dan f’pakkett wieħed se tara s-suċċess li tant tixtieq u ilek tikkumbatti għalih però dejjem żomm saqajk mal-art ħalli l-ġid ikompli ġej.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Taurus
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Leo huwa dak ix-xahar fejn trid tibda skema ġdida kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ pjanar ta’ madwarek u kemm mil-lat fiżiku. Dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet fix-xhur li ġejjin għandhom jingħataw aktar attenzjoni b’mod speċjali kif int ħa tippjana jew tqassam il-ħajja ta’ madwarek. Jekk tagħraf il-bilanċ bżonjuża li hemm bżonn kemm għalik u kemm għal madwarek hekk se tavvanza l-aktar.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Sagittarius
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Virgo huwa dak ix-xaha fejn dak li għaddejt minnu fil-passat. Minn issa ’l hemm ikun biss tagħlma sabiex tagħraf u kemm tista’ ma tirrepetix l-istess sitwazzjoni. Dan huwa l-mument li int trid tinħall mill-kolla tal-passat sabiex tkun tista’ timxi lejn futur aħjar. Hekk kif dan il-passat li qisu weħel miegħek ser tesperjenza żmien ferm pożittiv. Fittex agħraf l-għeluq ħalli timxi ’l quddiem.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Capricorn
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra ser ikun xahar maġiku f’kollox peròtrid tagħraf dan. Eżempju fl-imħabba li għandek kemm fir-relazzjoni tiegħek u kemm f’dak li int tixtieq trid ittejjibhom u tagħraf iżjed dak li għandek. Tieħu qatt is-sitwazzjonijiet forgranted għax ikun dak iż-żmien li sitwazzjoni tista’ tintilef jew tmurlek kontra dak li int tant tgħożż. Ibda issa agħti l-imħabba dik l-importanza meħtieġa.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Aquarius
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Scorpio huwa dak ix-xhar ta’ ċertu deċiżjonijiet li jistgħu jkunu ibsin għal dawk ta’ madwarek imma huwa ż-żmien li tqum fuq saqajk u tħares biss lejn dak li huwa tajjeb għalik. Dak li jagħmlek aħjar u dak li jgħinek tħossok aħjar. Int ma jixraqlikx tkun stmata ħażin imma tkun rispettata aktar. Żomm soda fit-twemmin tiegħek.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Pisces
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mill-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Sagittarisu huwa dak ix-xahar fejn trid tagħmel valutazzjoni tas-sitwazzjoni b’mod ġenerali fejn jidħol xi pjan għall-futur fejn int ma tistax toqgħod tilgħab mal-ħin għax iż-żmien għaddej. Għalhekk agħraf dan il-perjodu bħala żmien sabiex il-pjanijiet tal-futur tibda twettaqhom u ma tkunx imbeżża’ minn xi deċiżjonijiet li forsi tħosshom ibsin u b’hekk dak li tagħmel jgħinek tkun aħjar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Aries
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Libra għal Capricorn huwa dak ix-xahar fejn trid tagħraf li dak li kont ħsibt żmien ilu mhux bilfors jgħodd għaż-żmien li ġej. Ċertu ċaqliq li qed tagħmel se jġib tibdil madwarek u dan issa trid tkun lesta għalih inkella ser ikun hemm il-problemi. Ma fadalx żmien x’taħli. Hemm dan iċ-ċaqliq u t-tibdil li ser iseħħ madwarek għalhekk kun lest għalih u ilqa għax dan ser ikun ta’ ġid.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li se toffrilek pożittività ġejja minn Taurus
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom