L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’ Aquarius dan sejjer jibda għalik li tagħraf fejn tixtieq verament tasal. Issa trid tasal deċiżjoni u dan importanti sabiex tibda l-aħħar fażi tas-sena f’direzzjoni li bil-mod tagħtik aktar kontribut pożittiv f’dak li hemm ġej għalik. Jekk dan ma jkunx allura sfortunatament għalik ġej żmien iebes. Tippermettix li dan iseħħ għaliex għandek fejn tiftaħ toroq ġodda. Agħraf sew dan.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’ Pisces dan sejjer ifisser tnaqqis mill-pressjoni kbira li int għandek madwarek sabiex għax-xahar li ġej int issib ftit aktar spazju għalik u jekk għandek relazzjoni tqatta’ aktar ħin mas-sieħeb tiegġek. Dan l-ispazju huwa bżonjuża li int issibu sabiex tibni aktar lilek innifsek u anke mentalment. Agħraf ikkontrolla dak li hemm madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’ Aries dan ifisser għalik li tnaqqas ftit minn dik ir-ras iebsa li xi kultant lanqas fil-barriera ma ssib. Agħraf agħmel dan sabiex tagħraf tkun aktar flessibbli fl-aħħar xhur li baqa’. Mhux biss meta int se tħoll minn dik ir-ras iebsa sa tagħraf is-sitwazzjonijiet ta’ madwarek ikunu ferm aħjar. Il-personalità tiegħek trid iżżommha u fejn għandek punt żommu imma kun aktar flessibbli. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt    

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’  Taurus dan ifisser li int trid tasal lejn konklużjoni f’dak li int qed tħejji. Ovvjament tagħmel sew li tidħol kemm tista’ fil-fond. Però taf ukoll li issa m’għandekx għala ttawwal aktar dak li kellek tagħraf għaliex żgur li kellek biżżejjed żmien għalih. Għalhekk issa ibda wettaq dak li għandek twettaq u tagħtix każ għal xi kummenti li int probabbilment se tirċievi ħares ’il quddiem biss. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’ Gemini dan sejjer jibda għalik b’direzzjoni aktar ċara ta’ fejn u kif għandek tkompli tavvanza fil-karriera tiegħek. Se joffrilek ukoll laqgħat ma’ nies li huma ta’ importanza għalfejn trid tasal. Ovvjament mhux dejjem se ssib min jaqbel ma’ dak li int tħaddan imma dan ma għandux ikun ta’ ostaklu għalik anzi minn dak li jirriżulta int tagħraf tieħu sabiex tkompli tikber tagħraf u tissaħħaħ. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’ Cancer dan ser ikun żmien xi ftit inċert minħabba li l-pożizzjoni li hemm quddiemek. Ovvjament tħallix din l-inċertezza titwessa’ aktar milli għandha għalfejn. Huwa importanti f’dak l-istadju li int issib aktar ħin għalik innifsek sabiex tagħraf tieħu dawk id-deċiżjonijiet li hemm jistennewk fl-aktar direzzjoni viabbli għalik. Danb’hekk se jagħmlek aktar f’postok. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

 

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’ Leo dan ser jerġa’ jġib fuqek l-emozzjoni li tħobb u tieħu gost fih ikun aktar flessibbli għalik. Dan l-aħħar minħabba pressjoni ma stajtx twettaq dak li verament inti tħobb imma issa dan tista’ twettqu u ser ikun ferm tajjeb għalik sabiex tibni iktar trankwillità. L-ispazju li int issib ħudu kollu u dan għandu jservi ta’ pedament għax-xhur li ġejjin. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’ Virgo dan ser jiftaħlek toroq li int kont tara li huma kważi impossibbli li jinfetħu dan sejjer jiġri sabiex int tkun tista’ tagħraf x’direzzjoni għandek tieħu fil-ġimgħat u xhur li ġejjin. Trid tagħraf liema minn dawn it-toroq huma viabbli għalik. Tfikil ser ikun hemm madwarek iżda tħallix dan ikun ta’ tfixkil għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’  Libra dan sejjer jibda billi int trid tħejji pjan ta’ bilanċ bejn il-karriera u kumplament ta’ madwarek sabiex tkompli tissaħħaħ u tikber. Dan sejjer jikkawża aktar responsabbilità. Irid ikollok pjan ta’ bilanċ anke fir-relazzjoni tiegħek fejn żgur li trid tagħti ftit aktar imma l-aktar importanti li dan il-bilanċ isir fuq pjan ta’ bażi soda sabiex ma jkunx  hemm problemi u tfixkil. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

 Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’  Scorpio dan ser jippreparak aktar għal deċiżjonijiet li sejrin jiġu madwarek fiż-żmien li ġej. Ser ikun hemm deċiżjonijiet li jappartjenu bidla ta’ dar jew xi investiment. Anke l-imħabba li għandek f’relazzjoni, hawn ukoll ser ikun bżonn ta’ xi forma ta’ deċiżjonijiet. Ħejji lilek innifsek sew sabiex tagħraf tieħu l-aħjar deċiżjonijiet f’dak kollu li riesaq. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn  Pisces

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’  Sagittarius dan ser jibda billi jagħtik ddirezzjoni fl-imħabba, għalkemm kellek xi sitwazzjonijiet xi kultant diffiċli tal-passat dan issa kemm tista’ trid tħallih warajk u hekk tkun tista’ tagħmel riflessjoni ta’ liema hi l-aħjar triq li tagħżel fiż-żmien li ġej. L-importanti li int tagħraf dak li huwa ta’ ġid għalik. Wasal iż-żmien li tqum aktar fuq saqajk. Namaste.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Aries

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li jibda ż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istilla ta’ Capricorn dan ser jibdillek skeda ta’ direzzjoni bejn dak li hu utli għalik u bejn dak li jista’ jkun uti għal ta’ madwarek. Dan huwa perjodu ta’ riflessjoni kif sejra toħloq bilanċ bejn dak li int trid tkabbar madwarek u fl-istess ħin issib ħin ma’ tal-familja fejn tagħtihom l-importanza li jixirqilhom. Dan lilek ser iħallik ferm aktar kuntenta fil-ġimgħat li ġejjin. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li se toffrilek għajnuna bi gwida pożittiva ġejja minn Taurus

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment