L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal Aquarius se jipprovdilek li int trid tagħraf tkun ċara dwar eżattament x’vera trid kemm fil-ħajja ta’ madwarek kif ukoll fil-ħajja personali tiegħek. Li tipprova taħrab mir-realtà ma jiswa xejn anzi taf tkun qed tikkrea ċirku ta’ negattività li mbagħad jista’ jibda joħloq sitwazzjonijiet xi ftit ta’ diffikultà madwarek. Nivembru jaf jagħtik dik l-enerġija li int tieħu pożizzjoni sabiex twasslek għal direzzjoni aċċettabbli. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Capricorn

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal Pisces ser ikun dak iż-żmien ta’ riflessjoni fuq il-ħajja kompluta ta’ madwarek. Wasal il-mument sabiex tagħmel xi rtokki personalment. Grazzi għal dawn l0irtokki għandek tkompli tikber, tissaħħaħ u tagħraf aktar. Tagħraf kemm għandek potenzjal, kemm għandek x’toffri. Tajjeb li tagħmel ftit meditazzjoni ħalli dejjem tkun frisk f’dak li tkun trid twettaq.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Sagittarius

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal Aries sejjer ikun dak iż-żmien ta’ konċentrazzjoni akbar fil-karriera tiegħek. Huwa xahar fejn int trid ittejjeb dak li hemm madwarek. Tara x’hemm bżonn aktar li jkun vijabbli għalik u fak li mhux naqqsu. Huwa żmien li għalkemm se tiffoka fuq il-karriera tiegħek aktar grazzi għal dan tista’ wkoll tagħraf issib bilanċ fil-ħajja personali u għalik dan jista’ jservi wkoll biex jinfetħulek diversi toroq. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt    

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Scorpio

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal  Taurus ser ikun żmien ta’ sfida sabiex tagħraf il-valur ta’ madwarek. Jista’ jkun li int persuna li ma tapprezzax biżżejjed dak li hemm madwarek. Għalhekk dan huwa dak iż-żmien fejn int għandek iċ-ċans kollu sabiex din is-sitwazzjoni titranġa u meta se tgħaqqad kollox se tagħraf kemm tista’ tkun aħjar fil-ħajja tiegħek meta tagħraf dan għalhekk agġraf dan il-mument pożittiv li ġej. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Libra

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal Gemini ser ikun dak iż-żmien li int ser tagħraf aktar l-ħajja spiritwali ta’ madwarek. Jekk forsi ilek ma tkun iffukat spiritwalment dan iż-żmien se jagħtik motivazzjoni kemm fil-ħajja tal-qdusija kif ukoll dik spiritwali. Ħabib li er tiltaqa’ miegħu sejjer jagħtik ispirazzjoni akbar f’dan ir-rigward. Dan ser ikun pass pożittiv għalik sabiex tikber u tissaħħaħ għal dak li riesaq lejk. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Virgo

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal Cancer ser ikun dak iż-żmien ta’ deċiżjoni ta’ bidla madwarek. Din sejra tkun deċiżjoni verament iebsa li int se tagħmel imma fl-aħħar mill-aħħar din sejra tiftaħlek bibien li sa issa sfortunatament kienu magħluqin. Issa tara kemm int tkun kapaċi tibni karriera, u ħajja aktar immexxija minnek u mhux il-ħajja li tkun adatta għalik minn ħaddieħor. Ħabib tal-passat jaf ikun ta’ kuraġġ għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Aries

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal  Leo ser ikun dak iż-żmien fej sejjer jistimulak fit-tmexxija għaqlija li int tant magħruf għaliha. Dan iż-żmien sejjer jagħtik dil-fortuna li jista’ jkun kienet naqset xi ftit minn madwarek sbiex tagħraf aktar tmexxi lilek innifsek lejn dak li huwa verament ta’ bżonn għall-ħajja tiegħek. Jekk kont xi ftit inċert dwar dan issa agħraf aħtaf l-opportunità sabiex tkabbar dak li hemm madwarek fis-sod. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Cancer

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal Virgo se jipprovdilek li tagħraf tevita taqbida li riesqa lejk sabiex din tal-inqas ma tikkawżalekx ħsara madwarek. Din it-taqbida li taf jekk int ma ssibx tarfha taf toħloq ħafna problemi madwarek li żgur bħalissa mhux il-mument għal dan. Imma dan iż-żmien jaf ikun ta’ ftit aktar pożittività għalik u għalhekk jaf ikun ta’ forma ta’ bidu aħjar. Uża moħħok.

Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Leo

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal Libra se jipprovdilek sitwazzjoni fejn trid tagħraf ċertu tnaqqis minn pressjoni ta’ ħidma li int involut fiha u dan huwa għal żewġ raġunijiet. L-ewwel għax li m’intix qiegħed tlaħħaq ma’ dak kollu li hemm madwarek, u dan xi kultant qiegħed joħloq ċertu tensjoni madwarek li mhux tkun ta’ benefiċċju għalik. It-tieni l-ħajja tal-familja mhux qiegħda tkun milħuqa biżżejjed. Tħallix is-sitwazzjoni taħrab. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

 Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għall-istess Scorpio se jipprovdilek sfida fil-ħajja tiegħek sabiex int tagħraf jekk hux vijabbli timxi ma’ dak li għandek madwarek illum jew inkella tinbeda ħajja kompletament ġdida. Issa jew tagħraf ir-responsabbilità tiegħek li tkun kapaċi tikkontrolla dak li jseħħ minn issa ’il quddiem inkella ara kif timxi għalik innifsek. Dan huwa dak il-mument ta’ ħsieb fuq dak li hu importanti għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Taurus

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal  Sagittarius huwa żmien ta’ bilanċ fl-imħabba li hemm madwarek, u trid tagħtiha l-ispazju li verament jixirqilha inkella jekk dan int m’intix se tagħrfu jista’ jkollok sitwazzjonijiet li int ġarrabt fil-passat. Allura uża l-passat bħala mera tiegħek fl-imħabba u minn dan oħloq il-bilanċ meħtieġ u b’hekk int tagħraf timxi ferm aħjar u finalment tibda tħares lejn din l-imħabba b’aktar ottimiżmu. Namaste.

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Pisces

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-bidu taż-żodijaku ta’ Scorpio għal Capricorn għandu jservi ta’ pont ta’ aktar għaqda bejn dak li dan l-aħħar qisek tlift il-kontroll fuqu. Għandu jservi ta’ pont bejn dak kollu li hemm madwarek u meta dan il-pont se tagħmlu, se tagħraf kemm il-ħajja madwarek fiha aktar valur, hi aktar ta’ asprazzzjoni għal dak li hemm imħejji għalik. Għalhekk aħtaf dan il-mument sabiex int tkattar aktar iż-żmien li ser isaħħek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

L-istilla li taħt iż-żodijaku ta’ Scorpio se toffrilek direzzjoni ġejja minn Aquarius

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment