L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi hija waħda ta’ riflessjoni dwar dak li għaddejt minnu fl-aħħar xhur. Riflessjoni ta’ għarbiel kemm minħabba li huwa mument pożittiv u minn dan tista’ tieħu direzzjoni, imma anke wkoll riflessjoni ta’ dak li għaddejt minnu anke b’mod negattiv sabiex kemm tista’ ma terġax tesperjenzah biex tagħlaq is-sena b’mod aktar pożittiv.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Libra

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi hija tajba biex takkwista dak li int tixtieq  bl-inqas tbatija. Din hi fażi fejn jekk tagħraf tista’ takkwista benefiċċju ferm pożittiv miż-żodijaku kemm fl-imħabba kif ukoll fil-karriera u f’sitwazzjonijiet oħra li jkunu ta’ pożittività. Għalhekk huwa ferm importanti li f’dawn il-ħmistax tagħraf dan u ttemm is-sena aktar fil-pożittiv. Namaste.  
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Scorpio

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April  

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi hi aktar ta’ ħsieb dwar kemm int kapaċi tikkontrolla lilek innifsek għal dak li hemm imħejji għalik f’dak li se jseħħ fil-ħmistax li ġejjin. Int issa għandek bħal eżami ta’ kemm ser tikkontrolla lilek innifsek f’dak li hemm imħejji għalik. Int trid tagħraf tegħleb din il-fażi u għalhekk tkun għamilt pass ’il quddiem sa tmiem is-sena. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Sagittarius

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi hi perjodu ta’ aktar konċentrazzjoni minn qatt qabel. Bħalissa trid tkun ikkonċentrat sabiex tagħraf taħtaf dak kollu li hu ta’ gwadann kemm personali u anke sabiex tkun tista’ tavvanza aktar fil-ħajja tiegħek u f’ta’ madwarek sabiex b’hekk issaħħaħ tmiem is-sena. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi se tkun waħda ta’ sfida bejn dak li hemm fik u dak li int maħluq għalih. Int tagħraf li tinsab kontra xi attitudnijiet li ser ikollok taffaċja fil-ħmistax li ġejjin. Gemini huma persuni li jemmnu ħafna fihom infushom u żgur mhux ser iħallu min jipprova jdawwar dak li huma magħrufin għalih għalhekk żomm dan il-kunċett f’moħħok ħall itagħlaq is-sena b’mod pożittiv. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Aquarius

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi ta’ tħejjija għal dak li għandek ipproġettat. Dan hu l-mument li fih għandek tħejji pjan għall-proġetti li gġandek imħejjija għall-karriera tiegħek ħalli kif int ikollok kollox imħejji sew tkun tista’ twettaq aktar b’abbilità dak li trid u tixtieq sabiex lejn tmiem is-sena jkollok pjan tajjeb. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Pisces

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi għandek tużaha biex toħloq iktar stabbilità madwarek. Din hi fażi importanti sabiex madwarek kemm jekk relazzjoni ta’ familja u anke jekk karriera fihom Tirrenja stabbilità u hekk tagħlaq is-sena bi trankwillità.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Aries

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi għandha sservi ta’ tiswija fuq xi żbalji li jistgħu jkunu qed jikkaġunaw intoppi f’dak li int qed tipprova takkwista fil-ħajja kemm personali u anke f’dak li għaddej madwarek. Għalhekk agħraf il-bżonn u l-ħtieġa li tirranġa xi żbalji li stajt wettaqt sabiex tinbidel is-sitwazzjoni u sa tmiem is-sena tkun tinħoloq aktar pożittività. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażise tkun waħda ta’ tkabbir fil-maturità tiegħek. Dan hu mument fejn il-maturità għandha tikber sabiex tkun kapaċi taddatta lilek innifsek b’aktar responsabbilità ta’ ebda gwida mingħand ħadd. Dak li int tagħraf bil-maturità tiegħek għandu jsir sabiex tagħlaq is-sena bit-tajjeb. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi hija ta’ tkattir ta’ fiduċja aktar fil-persuni ta’ madwarek. Għalhekk din il-fażi ser toffrilek l-opportunità sabiex terġa’ tibni dik il-fiduċja li kienet qed titnaqqar minn ġo fik. Għalhekk kun prudenti sabiex tmiem is-sena tasal b’aktar pożittività. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Cancer

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi ta’ riflessjoni għal dak li tista’ twassal lil ta’ madwarek. Dan tagħmlu billi tagħraf tkun aktar flessibbli u miftuħa minn kif qed tkun bħalissa. Ir-riflessjoni għandha tkun fuq pass bil-mod imma kull pass għandu jkun wieħed sinifikanti għalik personali biex tersaq lejn tmiem is-sena b’aktar pożittività. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Leo

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Issa li ż-żodijaku jinsab taħt Sagittarius din il-fażi hija waħda ta’ kalmizza. Issa huwa l-perjodu ideali għalik li ċertu tensjoni li kienet qed tiddomina ħajtek, tibda tirribattiha billi tagħraf tkun kalma u kawta f’dak li tagħmel biex int ma tkunx taħt dik it-tensjoni u tmiem is-sena jkun aktar feliċi għalik. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek sodisfazzjon din il-ġimgħa ġejja minn Virgo

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment