L-Oroskopju
Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
L-aħħar żodijaku għal din is-sena se tpoġġik f’pożizzjoni mhux komda sabiex int timxi b’dik ir-rankatura li suppost miexi biha fil-ħajja ta’ madwarek. Madankollu żomm lilek innifsek iffokat ftit aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ xi konsegwenzi. Awguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Leo
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
L-aħħar żodijaku għal din is-sena se jġiegħlek tħossok nervuż aktar mis-soltu. Issa minħabba hekk, int trid tagħraf aktar tikkontrolla kemm lilek innifsek u anke s-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek u kaġun tagħhom int titlef ftit il-kontroll meta jiżviluppaw opportunitajiet li fihom trid tagħraf tkun kawt. Awguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Virgo
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
L-aħħar żodijaku għal din is-sena ser ikollu effett li fih trid tkun iebes u forsi jagħmlek xi ftit aktar nervuż mis-soltu. Għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar kemm lilek innifsek u kemm dak li għaddej madwarek sabiex tieħu dak li jinqala’ madwarek tieħdu b’aktar kalma u trankwillità. Awguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Libra
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
L-aħħar żodijaku għal din is-sena se jagħmlek xi ftit aktar bla paċenzja u tibda tħossok li trid l-affarijiet ta’ madwarek jimxu fuq pass aktar mgħaġġel. Issa an jaf ikun tajjeb sabiex int timxi aktar b’saħħtek f’dak li ġej però trid tagħraf tikkontrolla biss il-paċenzja għax kultant fil-ħajja jaf ma tkunx qed tikkontrollaha. Awguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Scorpio
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
L-aħħar żodijaku għal din is-sena se jagħmlek xi ftit agressiv fl-ambizzjonijiet kemm tiegħek u kemm f’ta’ madwarek. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik minħabba dak li ġej. Tf tkun agressiv tant li turi aktar abbiltà qawwija f’dak li int trid tesprimi u twassal. Żomm il-kontroll madwarek. Awguri għas-sena l-ġdida
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Sagittarius
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
L-aħħar żodijaku għal din isena se jgħinek tikkontrolla aktar lilek innfisek. Jekk is-soltu kont tkun ikkontrollat minn ċertu aspetti tal-ħajja tiegħek dan issa sejjer isib oppożizzjoni u dan jekk għandek relazzjoni ta’ mħabba trid tagħraf aktar kif taġixxi għax dan se juri ħafna differenza fik. Awguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Capricorn
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
L-aħħar żodijaku għal din is-sena se jippermettilek li tqawwi l-abbiltà u tagħraf aktar il-kontroll ta’ ħajtek kemm personali u anke ta’ madwarek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun fih terġa’ tirbaħ dak li forsi tlift jew ħadulek mill-karattru tiegħek. Għalhekk aħtaf dan il-perjodu. Awguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Aquarius
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
L-aħħar żodijaku għal din is-sena se jkun ftit aktar mexxej mis-soltu għalik. Fejn is-soltu ddum biex tieħu xi pass dan issa tul dan il-perjodu se tinduna li se tkun qed tħaffef il-proċess u dan ifisser li issa trid tagħraf tiżen aktar dak li int tkun se tagħmel. Awguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Pisces
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
L-aħħar żodijaku għal din is-sena ser iwassal għal żbilanċ li ma tantx huwa tajjeb f’dan il-perjodu. Għalkemm għalik dan l-iżbilanċ mintix se tinduna bih għax se tkun iffokat fuq il-linja tax-xogħol u l-karriera, se tħoss li m’hemm xejn ħażin. Aqguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Aries
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
L-aħħar żodijaku għal din is-sena se jagħmlek xi ftit inċert dan minħabba inċertezza dwar it-tkomplija ta’ dak li kien imfassal li se jitwettaq. Żomm lilek innifsek kawt u pprova bil-mod. Xorta twettaq dak li tixtieq. Ikkumbatti ma’ dan il-perjodu li żgur kapaċi tagħmel dan. Awguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Taurus
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
L-aħħar żodijaku għal din is-sena ser tkun iffokat dwar ir-relazzjoni tiegħek fl-imħabba li jekk ma tikkontrollax jaf ikun hemm il-problemi. Dan aktar meta tersaq lejk xi tentazzjoni li taf ma tkunx ikkontrollata. Din ovvjament se toħloq il-problemi. Agħraf ilqa’. Awguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
L-istilla li toffrilek ħbiberija sinċiera ġejja minn Gemini
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
L-aħħar żodijaku għal din is-sena ser ikun mument opportun li għandek taħtaf biex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f’dak li int tixtieq. Dan jista’ jitwetta għax l-enerġija pożittiva li bħalissa għandek madwarek tagħmlek possibbli tirċievi dak kollu li trid. Awguri għas-sena l-ġdida.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
L-istilla li toffrilek fortuna għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Cancer
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom