L-Oroskopju
Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il-bidu tas-sena l-ġdida se tfisser li trid timxi b’rankatura li suppost timxi biha fil-ħajja ta’ madwarek. Madankollu żomm lilek innifsek iffokat ftit aktar mis-soltu sabiex minħabba din il-pożizzjoni ma tikkommettix ċertu żbalji li forsi jistgħu jkunu ta’ xi konsegwenzi. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati ideali għalik huma: 7, 9, 13 u 15
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Libra
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-bidu tas-sena se jkun ifisser mument ta’ ftit aktar tensjoni mis-soltu. Issa minħabba dan trid tagħraf tikkontrolla kemm lilek innifsek u ferm aktar is-sitwazzjonijiet li jistgħu jiżviluppaw madwarek. Sfortunatament ġej żmien ftit delikat għalik imma agħraf ikkonfrontah kemm tista’ pożittivament. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u aħdar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati ideali għalik huma: 8, 10, 13 u 14
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Scorpio
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Il-bidu tas-sena l-ġdida ser ikun ifisser mument ta’ aktar konċentrazzjoni u għalhekk issa li int taf dan kollu suppost għandek tagħraf tikkontrolla aktar lilek innifsek u dak li hemm madwarek sabiex dak li ġej tiffaċjah b’aktar kalma u trankwillità. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati ideali għalik huma: 9, 11, 12 u 15
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Sagittarius
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Il-bidu tas-sena l-ġdida ser ikun ifisser mument ta’ aktar paċenzja issa dan jaf ikun tajjeb sabiex int timxi aktar b’maturità u għaqal f’dak li hemm ġej fil-ħidma tiegħek u ferm aktar fir-relazzjoni li għandek. Agħraf ikkombina l-paċenzja madwarek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati ideali għalik huma: 8, 10 12 u 14
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Capricorn
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Il-bidu taas-sena l-ġdida ser ikun ifisser mument li se jagħmel aktar agressiv fl-ambizzjonijiet tiegħek kemm dawk personali u dawk ta’ madwarek. Dan jaf ikun ta’ sfida għalik u se jsarraf biex int turi aktar l-abbiltà qawwija f’dak li int tesprimi u twassal. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati ideali għalik huma: 7, 9, 13 u 15
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Aquarius
Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-bidu tas-sena l-ġdida ser tkun tfisser mument ta’ aktar kontroll tiegħek innifsek fejn jekk int is-soltu kont tkun ikkontrollata minn ċertu aspetti tal-ħajja dan issa sejjer jinbidel kompletament u bħala Cancer se tagħraf tieħu kontroll aktar f’dak kollu li hemm madwarek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati ideali għalik huma: 7,12, 14 u 15
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Pisces
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-bidu tas-sena l-ġdida se tkun tfisser mument tli jqawwilek iżjed l-abbiltà tiegħek sabiex b’hekk tagħraf aktar il-kontroll tal-ħajja kemm tiegħek personali kif ukoll ta’ madwarek. Dan huwa perjodu li jista’ jkun li fih terġa’ tirbaħ dak li tlift jew ħadulek mill-karattru tiegħek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati ideali għalik huma: 10, 12, 13 u 14
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Aries
Leo huma magħrufin kemm huma nies umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Il-bidu tas-sena l-ġdida ser tkun tfisser mument li fih tagħraf timxi b’pass mgħaġġel fejn jekk is-soltu kont iddum sabiex tieħu xi deċiżjoni issa dan se tibda twettqu b’aktar ħeġġa u dan ifisser li r-ritmu tal-ħajja tiegħek se jieħu direzzjoni ġdida. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati ideali għalik huma: 9, 11, 12 u 15
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Taurus
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-bidu tas-sena l-ġdida ser tkun tfisser mument li fih int tagħraf aktar il-bilanċ ta’ madwarek. Għalkemm int se tkun mitluf b’ħafna proġetti xorta waħda għandek tagħraf il-bilanċ fil-madwar kollu tiegħek speċjalment f’dan il-bidu ta’ sena ġdida. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati ideali għalik huma: 8, 10, 12 u 14
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Gemini
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-bidu tas-sena l-ġdida ser ikun mument inċert f’dak li int trid twettaq għax dan il-bidu se joħloq ftit tat-tensjoni fl-iskorpjuni imma trid tagħraf issarraf l-abbilità magħrufa tiegħek biex b’hekk tkompli miexxi b’determinazzjoni u tħares ’il quddiem għal dak li ġej għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati ideali għalik huma: 9, 11, 14 u 15
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Leo
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-bidu tas-sena l-ġdida ser tkun mument ta’ riflessjoni aktar fl-imħabba li int għandek minħabba li taf terġa’ tidħol fil-passat tiegħek u din ovvjament taf toħloq xi problemi kemm lilek u anke lil ta’ madwarek. Għalhekk agħraf li l-passat huwa ktieb magħluq. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u roża
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati ideali għalik huma: 7, 9 , 12 u 14
L- istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Virgo
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-bidu tas-sena l-ġdida ser ikun mument opportun biex tkabbar il-madwar kollu tiegħek f’dak li tixtieq. Dan jista’ jitwettaq għax l-enerġija pożittiva li bħalissa għandek madwarek jagħmel possibbli li tirċievi dak kollu li jista’ jagħmlek aħjar. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati ideali għalik huma: 8, 10, 12 u 15
L-istilla li se tispirak għall-bidu tas-sena l-ġdida ġejja minn Leo
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom