L-Oroskopju

Aqra xi jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa fl-oroskopju mwassal minn Paul Jon

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Iż-żodijaku ta’ Aquarius wasal fil-mument li tagħrfu tkunu ftit hienja magħkom u dan sabiex jinstab ftit spazju għalikom fejn wasal iż-żmien li tibdew taħsbu għalikom ukoll. Huwa mument fejn trid tasal sabiex issolvi xi sitwazzjoni li taf li llum jew għada jridu jitwettqu. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati ideali għalik huma: 16, 18, 20, u 21

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Gemini

Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna

 

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Iż-żodijaku ta’ Pisces jinsab f’mument ta’ enerġija li ttejjeb aktar qiegħda tagħmlek organizzat u anke l-parti soċjalment qiegħda tkun aktar pożittiva imma peress li qiegħed tkun ħafna attiv. Hemm bżonn issib ftit ta’ ħin ta’ rilassament. Trid jew tmur timxi jew tirrilassa kif tħobb jekk dan mhux  ser jintlaħaq taf ma tkunx ikkonċentrat biżżejjed. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħ

Id-dati ideali għalik huma: 15, 17, 19 u 20

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Leo

Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom

 

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April

Iż-żodijaku ta’ Aries qed jagħmlek tara l-affarijiet bil-kontra u dan qiegħed jikkawża xi ftit ta’ tensjoni madwarek. Żomm lilek innifsek pożittiv u jekk tagħmel hekk din il-fażi fi żmien ħmistax tgħaddi imma jekk int se tkun negattiv minn dak li għaddej bħalissa se jirriżulta li din is-sitwazzjoni taf tieħu aktar żmien. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati ideali għalik huma: 16, 18, 19 u 21

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Scorpio

Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu

 

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Iż-żodijaku ta’ Taurus se jagħmlek tagħraf li int trid tkun u trid tibda tħossok aktar sigur u ċert. Dan huwa importanti ħafna għalik li tibda tħossok hekk aktar u aktar meta l-ħajja ta’ madwarek sejra tibda tieħu forma differenti minn dak li għaddejja bħalissa. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: blu u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati ideali għalik huma: 15, 17, 19 u 20

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Capricorn

Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom

 

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Iż-żodijaku ta’ Gemini qed juri mument ta’ riflessjonijiet, mument ta’ ppjanar, mument ta’ deċiżjonijiet, minħabba dak li ġej f’dawn il-ġimgħat issa trid tkun aktar imħejji aktar minn qatt qabel għal dak li riesaq lejk. Int tista’ tagħraf li issa għandek bżonn ta’ aktar attenzjoni minn qatt qabel minħabba r-responsabbilità li dieħel għaliha. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati ideali għalik huma: 16, 18, 19 u 21

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Libra

Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom

 

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Iż-żodijaku ta’ Cancer se tirrealizza li s-sitwazzjoni tal-imħabba li għandek madwarek taħseb li kkalmat mil-lat ta’ negattività. Jista’ jagħti l-każ li s-sitwazzjoni kkalmat ftit minħabba raġunijiet oħra imma int għandek tibqa’ moħħok miftuħ għal dak kollu li jista’ jinqala. Agħraf sew ħalli int tkun ippreparata aktar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: abjad u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati ideali għalik huma: 17,18, 20 u 21

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Virgo

Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom

 

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Iż-żodijaku ta’ Leo wasal il-mument li issa tibda ma toqgħodx lura għax issa dak li għandek f’moħħok trid twettqu huwa żmien opportun għalik. L-importanti li int ikollok fidi ta’ twemmin ġewwa fik li temmen li dak li sejjer tagħmel huwa biss għall-ġid tiegħek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati ideali għalik huma: 15, 18, 19 u 21

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Taurus

Leo huma magħrufin kemm huma nies umli

 

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

Iż-żodijaku ta’ Virgo għalik huwa mument li fil-ħajja tiegħek fejn sejjer jagħmlek matur u tagħraf ir-responsabbilità aktar ta’ dak kollu li hemm madwarek. Huwa mument li jagħmlek tagħraf tippjana b’inqas tfixkil, taqtax qalbek u ħares biss ’il quddiem. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati ideali għalik huma: 16, 17, 19 u 20

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Taurus

Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont

 

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Iż-żodijaku ta’ Libra se jagħmlek tagħraf it-tajjeb ta’ dak li int għandek u dan isaħħek aktar u tagħraf aktar bl-abbiltà li int tipposedi ġewwa fik. Hekk se tkun tista’ tanalizza dak li ġej lejk jew opporunità li se toffrilek aspetti ġodda. Għalhekk agħraf sew dak li ġej lejk. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u abjad

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati ideali għalik huma: 15, 17, 18 u 21

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Aquarius

Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna

 

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Iż-żodijaku ta’ Scorpio se joffrilek li tinduna li m’intix tilħaq l-aspettattiva li inti kkommettejt għaliha. Dan fil-ġimgħat li ġejjin ovvjament sejjer joħloq ftit ta’ inkwiet madwarek. Imma jekk minn issa int tibda tirranġa ftit minn dak in-nuqqas is-sitwazzjoni ma tkunx waħda ta’ tant problematika daqstant. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati ideali għalik huma: 16, 19, 20 u 21

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom

 

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Iż-żodijaku ta’ Sagittarius se jagħmlek tagħraf iżjed tkun fażi ta’ paċenzja. Jekk int tagħraf iżżomm il-paċenzja, is-sitwazzjoni ta’ madwarek tista’ tieħu xejra b’mod differenti minn dik li imma jekk int ħa titlef il-paċenzja dan jaf joħloq sitwazzjonijiet ikkomplikati li żgur mhux il-mument li int trid tgħaddiminnhom bħalissa. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati ideali għalik huma: 15, 17, 18 u 21

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Gemini

Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom

 

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Iż-żodijaku ta’ Capricorn bħalissa qed jagħmlek tagħraf aktar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi. Bħalissa żgur qiegħda tħoss li wasalt f’mument fejn trid tara jekk fir-relazzjoni li int qiegħda fiha kemm hi vijabbli għalik għax issa huwa l-mument li int tesprimi b’mod kalm dak li verament tħoss. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati ideali għalik huma: 17, 19, 20 u 21

L-istilla li se toffrilek avventura ġejja minn Pisces

Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom

More in Divertiment