X'jgħidu l-istilel tiegħek għal din il-ġimgħa
L-Oroskopju mwassal lilkom minn PaulJon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Aquarius ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar dak li hemm għaddej fil-ħajja tal-preżent. Għalkemm forsi tħossok xi ftit konfuż u ma tafx eżatt x’taqbad tagħmel trid tibqa’ kawt u taħseb fil-fond fuq dak kollu li qiegħed idur madwarek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Scorpio
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Pisces ser ikun mument ta’ aktar ħsibijiet fil-fond fuq dak li int qed taspira li ġej fiż-żmien tal-futur qarib għall-karriera tiegħek. Int qiegħed tagħraf li ser ikun hemm żviluppi fil-karriera tiegħek u dan ser jaffettwa ċ-ċirku kollu li għandek madwarek. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 7, 9 u 10
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Virgo
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Aries ser ikun mument ta’ ftit tensjoni minħabba dak li għaddej madwarek bħalissa tant li bla ma trid qed tinqabad ftit taħt il-pressjoni tat-tensjoni u bħal qisek m’intix qed tħossok f’postok għalkollox. Però tajjeb tkun taf li din il-fażi mhix fit-tul. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Capricorn
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Taurus ser ikun mument ta’ ftit iktar kalma f’dak li int tkun trid twettaq. Fejn is-soltu tkunftit aktar agressiv sabiex twettaq dak li jkun ġej issa se tħoss ċerta kalmezza li taf għall-ewwel tħassbek xi ftit imma toqgħod tinkwieta xejn. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 8, 9 u 10
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Leo
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Gemini ser ikun mument ta’ ftit aktar pressjoni u dan ser jiġri minħabba li ħafna pjanijiet li għandek u trid twettaq qed joħolqu pressjoni. B’din jaf tħossok li tlif xi ftit il-kontroll imma agħraf kun inti. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:4 5, 7 u 9
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Aquarius
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Cancer ser ikun mument ta’ ftit eċitament minħabba dak li int tixtieq tara lest madwarek imma minħabba ċertu sitwazzjonijiet li kultant ħadd ma jkollu kontroll fuqhom dan jaf jikkawża eċitament u ansjetà kif fil-fatt f’dal-mument qed jikkawża. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 7, 8 u 9
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Leo ser ikun mument aktar enerġetiku u dan sabiex int ma taqax lura minn dak li hemm ġej għalik fil-mument qarib. Għalhekk sabiex tkun imħejji se tinbena ftit aktar enerġija mis-soltu sabiex grazzi għal dan tkun kapaċi tlaħħaq mas-sitwazzjonijiet. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 10
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Taurus
Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Virgo ser ikun mument ta’ aktar tħejjija dwar dak li int qed tippjana. Però din it-tħejjija jaf tkun xi ftit aktar delikata mis-soltu fejn int se tara li ma tħalli xejn barra. Fejn is-soltu ma tkunx tant iffokata dwar dan issa differenti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 7, 8 u 9
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Aries
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Libra ser ikun mument ta’ aktar ħsieb kif attwalment tkun aktar bilanċjat f’dak kollu li hemm madwarek. Għalkemm int tagħmel dak kollu possibbli biex tagħraf il-bilanċ dan l-aħħar xi ħadd madwarek ġibidlek l-attenzjoni sabiex tagħraf tkun aktar ibbilanċjat. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 9 u 10
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Pisces
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Scorpio ser tkun mument ta’ aktar riflessjoni dwar saħħtek. Dan huwa żmien fejn int se tħoss li għandek iddur ftit aktar miegħek innifsek speċjalment rigward saħħtek anke mil-lat fiżiku li għalih trid issib il-ħin. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 6, 7, 8 u 9
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Libra
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Sagittarius ser ikun mument ta’ aktar tkattir fl-imħabba li għandek madwarek. Dan il-mument se tagħraf fih x’nuqqasijiet hemm u bil-mod se tibda tħoss kif għandek tibda tirranġahom u hekk dan sejjer isarraf sabiex int tagħraf kemm l-imħabba ta’ madwarek tista’ tkun aħjar. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 6 u 7
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Gemini
Sagittarius huma magħrufin għall-abbilità organizzattiva tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Din il-fażi taż-żodijaku għall-istilla ta’ Capricorn ser ikun mument ta’ xi tibdil rigward il-mod ta’ kif int se tibda tagħraf aktar minn dawk ta’ madwarek min huma l-verament persuni ġenwini u dawk li mhumiex. Dan għalik ser ikun pass importanti sabiex iċ-ċirku ta’ madwarek ikun ta’ serħan il-moħħ. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 5, 7, 9 u 10
L-istilla li bħalissa se tkun ta’ prosperità pożittiva għalik ġejja minn Cancer
Capricorn huma magħrufin għall-gwida li joffru