X'qed tgħidlek l-istilla?

L-Oroskopju mwassal għalikom mill-Ħadd 3 ta’ Ġunju sas-Sibt 9 ta’ Ġunju

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar

Il-qamar kwinta li kellna għal Aquarius ser ifisser tibdil f’dak li għandu x’jaqsam fil-ħajja tax-xogħol fejn hemm il-probbabiltà li tħoss li wasal iż-żmien li tibdel ix-xogħol li bħalissa int għandek. Dan kont qiegħda tħossu madwarek u ma tkunx bi kbira li fiż-żmien qarib se tkun qed tagħmel xogħol differenti li jaf ikun pass pożittiv ħafna għalik.

Namaste

Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 8 u 9

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Leo

Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu

Il-qamar kwinta li kellna għal Pisces ser ifisser aktar tħassib dwar direzzjoni differenti li int se tibda tieħu dwar dak li aktar li għandu x’jaqsam personalment dwar lil min għandek verament tafda u ma tafdax. Din hi fażi ta’ aktar għarfien fik innifsek u dan huwa pożittiv biex  tevita n-negattiv li jista’ jkun madwarek. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 6, 7 u 9

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Cancer

 Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April 

Il-qamar kwinta li kellna għal Aries ser iġġiblek aktar stabbiltà madwarek minn dak li kont qed tesperjenza dan l-aħħar. Din l-istabbiltà sejra tinħass l-aktar fil-mod kif int se tibda tagħraf dak kollu li qed idur madwarek. Trid tippjana aktar ħin għalik u għar-relazzjoni tiegħek. Però l-importanti li ħa tibda tagħraf aktar lilek innifsek aħjar. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 7 u 8

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Scorpio

Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju

Il-qamar kwinta li kellna għal Taurus ser ifisser li int ma tistax tibqa’ titrateni aktar jew idum iżjed fid-deċiżjonijiet li tkun trid tieħu. Dan ser ikollu effett  fik li jagħmlek aktar flessibbli sabiex sitwazzjonijiet li qabel kont tkarkar bihom issa dawn jibdew ikunu solvuti f’aktar żmien aċċettabbli. Dan int ser jgħinek tkun aktar trankwill. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 6, 8 u 9

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Virgo

Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju

Il-qamar kwinta li kellna għal Gemini ser ikun ifisser direzzjoni ġdida u aktar stabbiltà fil-karriera tiegħek. Dan se jagħtik dik l-enerġija li dejjem xtaqt sabiex int tkun tista’ tavvanza f’dak li tkun tixtieq li għalkemm kien jiġri imma kien jiġri fuq pass bil-mod. Issa l-karriera tiegħek bħal qisha sabet dik iċ-ċavetta ideali sabiex tavvanza b’ritmu aktar qawwi. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 5 u 7

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Sagittarius

Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju

Il-qamar kwinta li kellna għal Cancer ser ikun ifisser deċiżjoni aktar preċiża ta’ fejn trid tkun fl-imħabba. Dan sejjer jagħtik aktar direzzjoni ta’ fejn eżattament int trid tasal fl-imħabba. Sitwazzjoni li għalkemm int tħoss stabbiltà għadha mhix għalhekk fil-ġranet li ġejjin int sejra tħoss aktar din l-imħabba f’liema direzzjoni għandha tevolvi. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 7 u 9

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Libra

Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu

Il-qamar kwinta li kellna għal Leo ser ikun ifisser direzzjoni ta’ ftit aktar ħin ta’ riflessjoni kemm mill-att dwar il-ħajja ta’ madwarek imma wkoll sabiex ikun hemm ħin ta’ rilassament xi ħaġa li verament għandek bżonn. Għalik se jkun qed jiftaħlek żewġ direzzjonijiet li bħalissa huma ferm importanti madwarek u li tibda tirrifletti aktar u sib ħin biex tirrilassa. Agħraf dan.  Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Pisces

Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru

 Il-qamar kwinta li kellna għal Virgo ser ikun ifisser xi ftit ta’ pawża mir-ritmu li qbadt fil-ħajja tiegħek. Dan sabiex int tkun tista’ tikkonċentra sa fejn wasalt s’issa u tissoda aktar f’dak li akkwistajt. Meta jkun jinħass li int stabbilejt din il-pawża tinħall u tkompli u terġa’ taqbad ir-ritmu. Tkompli żżid titqawwa u hekk  int tkompli tissaħħaħ. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Capricorn

Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument

Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru

Il-qamar kwinta li kellna għal Libra ser tkun tfisser li int trid tagħraf li ma tibqax fi stat ta’ iżolament maqtugħ minn ċertu aspetti tal-ħajja imma bil-mod tibda tiftaħ ċertu toroq biex tal-inqas tisma’ ideat li dawn jafu jagħtuk forma ta’ direzzjonijiet. GĦlakemm int magħruf li tħobb timxi fuq dak biss li int tħoss issa li tisma’ u tirrifletti jista’ jkun ta’ ġid. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar

L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 6 u 8

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Gemini

Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.

Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru

Il-qamar kwinta li kellna għal Scorpio ser ikun ifisser li int trid tagħraf li sitwazzjoni li kellek fil-passat ikkaġunat problemi madwarek, issa huwa l-waqt li int b’saħħtek biżżejjed li tmur u tersaq quddiem is-sitwazzjoni u wara dan iż-żmien kollu tirranġa u din meta tkun irranġata int se tħossok bħal qlajt balla minn fuq l-istonku. Namaste

Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Aries

Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru

Il-qamar kwinta li kellna għal Sagittarius ser ikun ifisser għalik li int trid tagħraf sew fejn trid timxi, liema direzzjoni li trid taqbad. Ma tistax tgħix imwaħħal fil-passat, ħares ’il quddiem. Is-sitwazzjonijiet li tħoss li weġġgħajt minnhom trid tkun kapaċi tagħlaq dak l-istess kapitlu biex il-futur tiegħek ikun aktar b’saħħtu. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 7 u 9

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Taurus

Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar

Il-qamar kwinta li kellna għal Capricorn ser ikun ifisser għalik li trid iżżid l-abbiltà tiegħek kemm fil-karriera kif ukoll fil-ħajja tiegħek. Irid ikollok direzzjoni iktar konkreta u ma tridx tibża’ minn xi deċiżjoni li trid tieħu. Dan int se tagħmlu fl-interess tiegħek u żgur li l-mument huwa ż-żmien opportun li tagħraf tagħmel dan. Namaste.

Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola

L-aktar jum ideali  għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis

Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik:  4, 5, 7 u 8

L-istilla li se toffrilek gwida pożittiva ġejja minn Aquarius

Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru

More in Divertiment