Oroskopju speċjali f’għeluq it-tliet snin mill-paġna fuq l-ILLUM
Imwassal imwassal lilkom minn PaulJon
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Karriera: hemm bżonn ta’ aktar konċentrazzjoni fil-karriera tiegħek, tkunx sorpriż bil-bidla
Imħabba: hemm bżonn iżżid l-attenzjoni tiegħek sabiex issawwar dak li hemm madwarek
Tbassir: trid tkun aktar moderak f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħajja personali, tajjeb li tħejji skeda. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 28
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Karriera: f’li qed tagħmel hemm ċans li tkompli tikber u titla’ aktar l-iskaluni
Imħabba:l-istabbiltà hi importanti, kun iffokat f’dak li għandek u apprezzah
Tbassir: sib spazju fejn tagħmel iktar eżerċizzju, toħloqx tensjoni bla bżonn. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: aħdar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 26 u 28
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Karriera: tibdil li qed idur miegħek mhux tajjeb li taqta’ qalbek minnu, tih ftit żmien
Imħabba: l-uġigħ tal-passat għandu jibda jittaffa’ u ftit ftit ibda ħares ’il quddiem
Tbassir: opportunità li hemm madwarek tajjeb tagħtiha aktar importanza, aħtaf dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 24 u 26
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Karriera: ikkonċentra aktar u agħraf li dak li tista’ twettaq importanti. Iffoka aktar
Imħabba: agħraf, imbagħad ħu deċiżjoni. Toqgħodx fuq li jgħidulek imma fuq dak li tħoss int.
Tbassir: Pjan għal vaganza jkun tajjeb għalik sabiex taqta’ ftit minn dak li qed tħoss. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 28
Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Karriera: żomm iffukat avolja qed issib triq iebsa quddiemek
Imħabba: wasal iż-żmien li ssib spazju għar-relazzjoni tiegħek issa li int tant iffokat fuq il-karriera
Tbassir: xi kuntant tħoss ċertu biża’, ibqa’ miexi lejn dak li tixtieq. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 27
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Karriera: deċiżjoni dwar il-ħidma tiegħek trid tagħtiha importanza, toqgħox tibża’
Imħabba: is-sitwazzjoni tinħass xi ftit kalma madwarek, inti taf x’hemm ġewwa fik.
Tbassir: ċans kbir li se tibdel id-dar fejn toqgħod u din il-bidla ssarraf f’indipendenza
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27
Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Karriera: aħbar li ħadt dan l-aħħar ma għandhiex tkompli taffettwak anzi għolli l-moral
Imħabba: fir-relazzjoni ż-żejjed mhux tajjeb imma n-nieqas agħar. Żomm bilanċ
Tbassir: arja pożittiva riesqa lejk sabiex tħossok l-iljun li int. Din tkun biżżejjed għalik. Namaste.
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 24, 26 u 28
Leo huma magħrufin kemm huma nies ta’ fehma soda
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Karriera: ambizzjoni li għandek fil-karriera taf tkun ta’ xkiel fil-kumplament ta’ ħajtek. Agħraf
Imħabba: taf li ż-żmien qarib wasal biex iżżid fir-ritmu romantiku li għandek. Agħraf żomm bilanċ
Tbassir: bidla f’ħajtek ser tikkawża ċertu konsegwenzi. Agħraf ippjana sew.
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: isfar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 24, 25 u 28
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Karriera: Int se tibqa’ miftuħ għat-tkabbir imma fiż-żmien li ġej trid tibda tħejji għal ċertu sfidi li ser jinqalgħu
Imħabba: trid tagħraf ma tiħux is-sitwazzjoni bħala garantita! Agħraf li tagħti ħin għal dan
Tbassir: ostaklu li se jinqala’ jaf ikun ta’ fixla għalik jekk ma tagħrafx tikkontrolla. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u aħdar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 26
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Karriera: ser ikollok bżonn tieħu xi żmien biex tagħmel analiżi xierqa
Imħabba: il-madwar ibża’ għalih, tħallix sitwazzjoni li tista’ tinqala’ toħloq diżgwid fir-relazzjoni tiegħek.
Tbassir: opportunità riesqa lejk se tkun waħda li timmotivak. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 28
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Karriera: qiegħed iseħħ tibdil madwarek u dan għandu jkun ta’ gwadann sabiex tkompli tissaħħaħ
Imħabba: trid tibda tifforma xi forma ta’ relazzjoni ġdida. Jekk il-passat se jibqa’ miegħek m’int se tasal imkien
Tbassir: inutli tieħu deċiżjoni u l-għada tirtiraha. Agħmel kuraġġ
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: isfar u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 23, 25, 26 u 27
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Karriera: sitwazzjoni ġdida mpoġġija fuqek m’għandhiex tkun ta’ xkiel għalik
Imħabba: fil-ħajja taħseb li tkun għamilt pass għaqli u jiswiek ħażin, tgħallem minn dan
Tbassir: int għandek tagħraf lilek innifsek u titgħallem minn dak li tkun għaddejt.
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 22, 23, 25 u 28
Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru