X'qed tgħidlek l-istilla tiegħek?
L-oroskopju mill-Ħadd 13 ta’ Jannar sas-Sibt 19 ta’ Jannar
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku għal Aquarius huwa mument li int trid tagħraf tkun ftit hienja u dan sabiex jinstab ftit spazju għalik fejn issa trid tibda taħseb għalik innifsek fejn trid tasal sabiex issolvi sitwazzjonijiet li llum jew għada dawn iridu jitranġaw. Agħraf. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: kannella u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 16 u 17
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Gemini
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku ta’ Pisces jinsab f’mument ta’ enerġija pożittiva fejn din qed tagħmlek aktar organizzat u anka iżda peress li int qed tkun ħafna impenjat. Hemm bżonn li żżomm bilanċ ta’ ħin għar-rilassament jekk dan mhux ser jintlaħaq taf ma tkunx ikkonċentrat għal dak li ġej. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: abjad u griż
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 18
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Leo
Pisces huma magħrufin għall-abbilità u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku ta’ Aries ser jagħmlek bħal qisek qed tara l-affarijiet bil-kontra u dan qiegħed jikkawża xi tensjoni madwarek. Żomm kemm tista’ pożittiva u jekk tagħmel hekk din il-fażi tgħaddi fi żmien qasir imma jekk int se tkun negattiv taf iddum. Agħraf sew dan il-mument għall-quddiem. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: aħmar u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 15 u 16
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Scorpio
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku ta’ Taurus ser jagħmlek tagħraf tkun aktar sigur u ċert aktar int. Dan huwa mument importanti ħafna għalik li tibda tħossok hekk aktar u aktar meta l-ħajja ta’ madwarek ser tibda tieħu toroq differenti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: oranġjo u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2, 4, 5 u 6
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Capricorn
Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku ta’ Gemini ser iressqek lejn aktar riflessjonijiet ta’ ppjanar u ta’ deċiżjonijiet minħabba dan int trid tkun imħejji aktar minn qatt qabel għal dak kollu li riesaq lejk. Agħraf agħti attenzjoni iktar minn qatt qabel minħabba r-responsabbilità li dieħel għaliha. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: kannella u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 15 u 18
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku ta’ Cancer ser jirrifletti l-imħabba li int għandek madwarek sabiex tagħraf iżżomm ’il bogħod mil-lat ta’ negattività. Jista’ jagħti l-każ li ċertu sitwazzjonijiet ser tħossok mitluf imma int għandek tibqa’ moħħok miftuħ għal dak kollu li jista’ jinqala. Agħraf sew ħalli int tkun ippreparat aktar. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 17
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Virgo
Cancer huma magħrufin għal direzzjoni pożittiva tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku ta’ Leo se jagħmlek tagħraf li issa ma għandekx toqgħod lura għax issa dak li int għandek f’moħħok trid twettqu issa huwa żmien opportun għalik. L-importanti li int ikollok fiduċja ġewwa fik li temmen li dak li ser twettaq huwa biss għall-ġid tiegħek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: lewn id-deheb u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 16 u 18
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Taurus
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku ta’ Virgo huwa mument fejn ser jagħmlek matur u tagħraf aktar ir-responsabbilità ta’ dak kollu li hemm madwarek. Huwa mument li ħa jgħinek tippjana aħjar b’inqas tfixkil. Taqtax qalbek minn dan imma ħares biss ’il quddiem. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: blu u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 15, 16 u 17
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Pisces
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku ta’ Libra se jgħinek tagħraf aktar dak li int għandek u dan ser isaħħek aktar u tagħraf aktar l-abbiltà li int tippossedi ġewwa fik. Hekk se tkun tista’ tanalizza l-opportunitajiet u l-aspetti ġodda li resqin lejk. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 15, 16 u 18
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Aquarius
Libra huma magħrufin bħala nies bi tmexxija intensiva
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku ta’ Scorpio se joffrilek li tagħraf li m’intix tlaħħaq l-aspettattivi li int ikkommettejt għaliha. Għalhekk fil-ġimgħat li ġejjin int trid taħdem aktar sabiex dak li seta’ ntilef jerġa’ jkun irkuprat. Taqtax qalbek għax għandek bosta toroq minn fejn int se tagħraf tagħmel dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: iswed u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 14, 16 u 17
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Aries
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku ta’ Sagittarius se jagħmlek tagħraf iżjed il-paċenzja tiegħek. Jekk int tagħraf iżżomm il-paċenzja s-sitwazzjoni ta’ madwarek tista’ tieħu xejra differeni minn dak li jekk titlef il-paċenzja jaf jinħolqu sitwazzjonijiet ikkomplikati li żgur mhux il-mument għalik li jiġri dan bħalissa. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: abjad u roża
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 13, 14, 16 u 18
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Cancer
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku ta’ Capricorn bħalissa ser jagħmlek tagħraf aktar il-vantaġġi li bħalissa qed tħoss madwarek. Wasal il-mument fejn turi l-abbiltà tiegħek u kemm int kapaċi tesprimi b’mod kalm dak li tħoss. Agħraf dan sabiex tkompli miexi ’l quddiem b’aktar determinazzjoni. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: vjola u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 12, 13, 15 u 17
L-istilla avventuruża għalik ġejja minn Sagittarius
Capricorn huma magħrufin għall-gwida li jafu joffru