In-new moon għaż-żodijaku ta’ Aquarius
L-oroskopju mill-Ħadd 3 ta’ Frar sas-Sibt 9 ta’ Frar
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Aquarius ser ikun perjodu li joffrilek opportunitajiet. Int trid temmen fik innifsek aktar sabiex tkun kapaċi tegħleb kull ostaklu li jiġi. Dan huwa l-aqwa żmien fl-astroloġoja għalik sabiex tagħraf tikkontrolla lilek innifsek u hekk int tikber aktar fik innifsek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: abjad u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Gemini
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Pisces ser jagħmel toqgħod ftit aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tagħtih dik l-importanza mixtieqa. Bħalissa int se tkun affettwat sabiex sitwazzjonijiet ta’ inqas importanza tagħtihom aktar attenzjoni sabiex tagħraf x’jista’ joħroġ minnhom. Aħjar tkun ftit aktar imħejji. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 7 u 8
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Capricorn
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Aries ser ikun ifisser li trid trattab dik ir-ras iebsa li taf tesperjenza għaliex dan jaf ikun ta’ xkiel kemm mill-att ta’ karriera wisq aktar jekk int għadek tibda relazzjoni. Uża aktar moħħok milli qalbek. Hekk biss tista timxi ’il quddiem. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u griż
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 6 u 9
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Leo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Taurus ser joħloq taqbida madwarek. Għalhekk aħseb aktar b’għaqal u jekk jirnexxilek tagħmel dan se tasal għal aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kellek. Importanti li tagħraf dan l-istadju għax dan jaf ikun ta’ mera għall-futur qarib. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: kannella u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 7 u 8
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Scorpio
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Gemini ser tiltaqa’ ma’ opportunitajiet ġodda fil-karriera tiegħek fejn dan ikun xdejra ta’ tibdil pożittiv. Però issa aktar minn qatt qabel int trid tkun ferm iffokat sabiex tkompli tikber fil-qasam ta’ madwarek. Agħraf it-tkattir li riesaq lejk. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 7 u 9
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Libra Gemini huma magħrufin għall-felissibilità tagħhom.
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Cancer ser ifisser li se tiċċaqlaq aktar lejn stabbilita li int se tkun qed tiffoka fuqha issa aktar mis-soltu u se tagħraf li dak li ġej u li tant tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ. Però trid tagħraf iżżomm bilanċ madwarek. Żbilanċ jaf joħloq komplikazzjonijiet. Tippermettix dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: oranġjo u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 5, 7 u 9
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Pisces Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Leo ser jagħmlek tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek. Li tisma’ parir huwa dejjem tajjeb imma asal s’hemm. Issa għandek tkun b’saħħtek biżżejjed sabiex tasal għall-konklużjonijiet mixtieqa. Agħraf aktar l-abbiltà tiegħek kemm personalment u anke fil-ħajja madwarek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u isfar.
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 6, 7 u 8
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Aquarius
Leo huma magħrufin bħala persuni umli.
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Virgo ser ikun perjodu aktar stabbli minn dak li jkun is-soltu. Agħraf aħtaf dan iż-żmien biex tagħraf timxi aktar fil-ħidma li trid tagħmel. Agħraf din l-opportunità stabbli li riesqa lejk għax dan jawguralek dak is-suċċess li tant tixtieq. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: griż u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 4, 6, 8 u 9
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Sagittarius
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Libra ser tagħraf aktar il-bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtu lilek direttament iżda wkoll tagħraf ir-responsabbilità li dħalt fiha. Int trid tkun aktar imħejji sabiex tagħraf tilqa’ għal din l-esperjenza ġdida madwarek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 5 u 7
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Virgo
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Scorpio ser jagħmlek tagħraf tiddeċiedi għal deċiżjonijiet li resqin lejk. Dan huwa perjodu delikat ħafna għalik u ma tridx tagħmel deċiżjonijiet mgħaġġla għax dan jirrifletti ħażin għalik fiż-żmien li ġej. Agħraf żomm kalm u kawt fil-mod li taħseb. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 4, 7 u 10
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Taurus
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Sagittarius ser ipoġġik f’taqbida bejn l-imħabba li kellek fil-passat għal dik tal-preżent int għandek biss tiffoka fuq dak li int għaddejja minnu fil-preżent għax jekk int se titfa’ l-ħsibijiet lura għall-passat taf tiftaħ ferita li tkun ta’ tfixkil, għalhekk imxi u ħares ’il quddiem. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 7 u 8
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Cancer
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
F’dan in-new moon għaż-żodijaku ta’ Capricorn ser jagħmlek aktar fi ħsibijiet ta’ riflessjoni għalhekk issa int trid tagħraf tilqa’ għal dan li ġej. Dan ikun perjodu qasir imma jekk int titkaxkar f’ħafna inċertezza din jaf iddum. Agħraf forma ta’ gwida ħalli tagħraf tmexxi lilek innifsek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 3, 5, 6 u 7
L-istilla ta’ għajnuna siewja għalik ġejja minn Aries Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom