X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
L-oroskopju mill-Ħadd 24 ta’ Frar sas-Sibt 2 ta’ Marzu
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Aquarius ser ikun mument ta’ riflessjoni minħabba s-sitwazzjonijiet li dħalt fihom. Tħallix ħafna żmien għaddej għax is-sitwazzjoni tidħol aktar fil-fond u l-konsegwenzi aktar jistgħu jikbru. Parir ta’ ħabib ikun utli imma finalment int trid tiddeċiedi. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 1
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Gemini
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għall-istess Pisces ser ikun mument sabiex tkompli tkattar il-pożittività ta’ kull sitwazzjoni li hemm madwarek. Int tagħraf li minħabba esperjenzi negattivi fil-passat għaraft u tgħallimt u dan qed jawgura tajjeb. Dan għandu jkompli jsaħħek u jkabbrek imma agħraf. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26 27, 1 u 2
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Capricorn
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom.
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Aries ser ikun mument sabiex tagħraf timxi aktar għal għajnejk jekk trid tkattar l-imħabba tiegħek. Int tagħraf timxi aħjar speċjalment f’wegħdi li int tagħmel. Aħtaf l-opportunità ħalli tirbaħ aktar is-simpatija u hekk tibda tħossok aħjar. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u griż
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 2
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Leo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Taurus ser ikun mument ta’ prova għalik fil-karriera li bħalissa ma tantx tista’ ssejħilha stabbli. Għalhekk jekk trid tkattar u ssaħħaħ dak li għandek madwarek warrab dak li jista’ jkun ta’ tfixkil u ppjana biex tara kif se ttejjeb is-sitwazzjoni tiegħek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: kannella u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 1 u 2
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Scorpio
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Gemini ser ikun mument iffokat fuq il-karriera però trid tħares ukoll lejn il-kumplament ta’ dak li hemm madwarek. Dan wara xi parir li tawk u dan għamlek aktar konxju miegħek innifsek sabiex int tagħraf tqawwi kompletament dak kollu li hemm madwarek. Irrifletti. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 28 u 1
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Cancer ser ikun mument ta’ taqbid mal-karriera li huma qed jiżviluppaw. Dan ser jikkawża ċertu tensjoni madwarek. Bħal persuna li tagħraf sew ħiltek dan ser iwassal sabiex tkompli bit-tkabbir tal-kapaċitajiet tiegħek u ovvjament tkabbar il-madwar tiegħek. Agħraf. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: oranġjo u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 27 u 2
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Aquarius
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Leo ser ikun mument ta’ sorpirża fir-relazzjoni tiegħek. Dan ser juri kemm is-sieħeb tiegħek qed japprezza dak li tagħmel int u għandek tqawwi aktar lilek innifsek kemm f’din ir-relazzjoni u għandek tkompli tiffoka wkoll fuq dak li ġej għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 1
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Taurus
Leo huma magħrufin bħala persuni umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Virgo ser ikun mument biex tagħraf trażżan il-kumplikazzjonijiet. Hemm bżonn li tieqaf għal ftit u tara kif ħa tibda tilqgħalhom ħalli ma jkomplux joħolqu diżgwid madwarek. Huwa vera li mhux dejjem ikun possibbli li tikkumbatti imma emmen iżjed fik innifsek u tasal. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: griż u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 26 u 28
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Pisces
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Libra ser ikun mument sabiex tipprova żżomm bilanċ bejn l-imħabba u l-kumplament tiegħek. Jidher imma li bħalissa hemm bżonn ta’ aktar attenzjoni fl-imħabba fejn din hi t-tmun tad-direzzjoni fil-ħajja tagħkom. Wasal iż-żmien li tqattgħu ftit aktar ħin flimkien. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 27 u 1
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Cancer
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Scorpio ser ikun mument sabiex tagħraf lilek innifsek. Dan ser jippermetti wkoll sabiex tagħraf opportunità li riesqa lejk. Kif jingħad xejn ma jiġri b’kumbinazzjoni għax ma’ din l-opportunità ser tinfetaħ triq għal sitwazzjoni li ilek taħseb fiha. Agħraf dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 28 u 1
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Virgo
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Sagittarius ser ikun mument sasbiex tagħraf li għalkemm forsi mhux ġej kollox sew madwarek, xorta waħda għandek tagħmel u twettaq il-parti tiegħek. Dan sabiex kull ostaklu li jkun hemm jinħalla basta tagħraf tkun determinat. Imxi ftit ftit u tara l-progress li tant tixtieq. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 1 u 2
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Aries Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-bidu taż-żodijaku ta’ Pisces għal Capricorn ser ikun mument li ma tibqax imwaħħal mal-passat li esperjenzajt imma agħraf li dak li huwa linja gwida u issa ħares ’il quddiem. Meta bħalissa għandek tant toroq sbieħ resqin lejk. Agħraf biss f’dan sabiex tikber, tissaħħaħ u titqawwa aktar. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 26, 27 u 1
L-istilla l-aktar kreattiva għalik ġejja minn Aries
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom