X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
L-oroskopju mill-Ħadd 24 ta’ Marzu sas-Sibt 30 ta’ Marzu
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Dan il-qamar kwinta għal Aquarius hemm il-possibilità li tħoll dik ir-ras iebsa meta jkun hemm suġġeriment li ser iġiegħlek taħseb li wasal iż-żmien li tibdel l-istilel ta’ madwarek. Ipprova Twebbisx rasek għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm ġej għalik u kemm għaliex int tista’ timxi u tħossok aħjar. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 30
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Libra
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Dan il-qamar kwinta għal Pisces ser jagħmlek persuna aktar matura u ddixxiplinata. Ser tiltaqa’ ma’ persuni ġodda u hemm il-probabbilità ta’ ideat u pjanijiet ġodda. Biss trid tagħraf li tkun imħejji sew għal dan u barra minn hekk trid turi li dak li tidħol għalih tagħmlu għax temmen fil-kapaċità tiegħek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 29 u 30
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Capricorn
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Dan il-qamar kwinta għal Aries ser jagħmlek tirrifletti ħsibijiet dwar pjanijiet li ħallejt fuq l-ixkaffa u wasal iż-żmien li tibda twettaq xi wħud minnhom. Imma parir li ser tiegħu jaf ibiddillek il-fehma ta’ ċertu twettiq, iżda int għandek titgħallem minn esperjenzi tal-passat. Minbarra dan il-parir għandek tagħraf ukoll tibbilanċja. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u griż
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 29
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Virgo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Dan il-qamar kwinta għal Taurus ser joħloq ċertu pressjoni fiannzjarja madwarek. Imma jekk inti minn issa tagħraf tagħmel forma ta’ pjan sabiex tibda tikkontrolla l-infieq tiegħek, dan ikun ta’ gwadann għall-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk, grazzi għal dan il-pjan int tkun tista’ tikkalkuli aħjar il-finanzi tiegħek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Scorpio
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Dan il-qamar kwinta għal Gemini ser ikun mument kważi kwżi deċiż għall-kumplament ta’ din is-sena. Għalhekk huwa importanti li toħroġ bil-qawwa kollha tiegħek possibbli. Għalkemm nies minn madwarek mhumiex jaraw li ser jirnexxilek f’dan il-pass kbir li se tagħmel. Ibqa’ żgur li se tħalli lil kulħadd sorpriż. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 28 u 29
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Aquarius
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Dan il-qamar kwinta għal Cancer ser ikun mument ta’ riflessjoni dwar il-pożizzjoni tiegħek fil-karriera. Dan ser issir tafu aktar fil-ġimgħat li ġejjin. Ibqa’ kawt u osseva dejjem ħalli tkun tista’ tanalizza aktar dak kollu li jkun għaddej madwarek u hekk tagħmel analiżi b’aktar reqqa. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 25, 27 u 30
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Aries
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Dan il-qamar kwinta għal Leo ser jagħmlek tagħraf iżjed li kollox għandu ż-żmien tiegħu imma l-fażi li int qed tesperjenza bħalissa se toħroġ minnha basta timxi b’moħħok. Jista’ jkun li wasal iż-żmien li tieħu forma ta’ parir li dan jaf ikun ta’ forma ta’ gwida f’din il-fażi u b’hekk issaħħaħ aktar l-abbiltà li għandek bżonn. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 28 u 29
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Sagittarius
Leo huma magħrufin bħala persuni umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Dan il-qamar kwinta għal Virgo ser iwasslek sabiex int tkun tista’ tippjana dak li kellek f’moħħok. Persuna li kont ilek ma tiltaqa’ magħha se titfaċċa. Din taf tagħtik forma ta’ parir li jaf jikkumbina ma’ dak li int tkun qiegħed tippjana. Għalhekk issa tgħaġġilx għax kif jgħid il-qawl: qattusa għaġġelija frieħ għomja tagħmel. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: griż u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 27, 29 u 30
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Pisces
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Dan il-qamar kwinta għal Libra, ser ikun ta’ spinta f’dak li int tagħmel imma jrid isir pjan tajjeb dwar il-finanzjament tiegħek ħaġa marbuta ma’ dan hhi li wasal iż-żmien li tibda tanalizza aktar is-sitwazzjoni tiegħek personali mingħajr ma ddaħħal lil ħadd sabiex dak li twettaq ikun ta’ sodisfazzjon personali. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 30
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Cancer
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Dan il-qamar kwinta għal Scorpio ser iressaq opportunità tajba ħafna f’dak li int tant ilek taħdem għalih. Din l-opportunità trid xorta waħda tagħmel analiżi profonda tagħha qabel tieħu ċerti deċiżjonijiet. B’hekk tkun żgur li dak li dieħel għalih huwa tajjeb għalik. Ħejji lilek innifsek għal opportunità ġdida. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 27 u 28
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Gemini
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Dan il-qamar kwinta għal Sagittarisu ser ikun proċess li bħalissa għaddej madwarek. Dan jaf joħloq ftit ta’ pressjoni u minħabba f’hekk jaqbel li tistrieħ. Tista’ tinvolvi lilek innifsek f’xi attività sportiva sakemm jgħaddi dan il-proċess u hekk tkun medhi b’affarijiet li tħobb tagħmel. Agħraf iżjed lilek innifsek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 30
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Leo
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Dan il-qamar kwinta għal Capricorn ser ilaqqgħek ma’ persuna li se tipproponilek opportunità iżda trid tagħraf is-sagrifiċċju li trid tagħmel sabiex tkun tista’ twettaq din l-opportunità li ġiet offruta lilek. Trid tagħraf ukoll kif issa trid tagħmel analiżi profonda ta’ din l-opportunità biex b’hekk dan żgur jirriżulta f’suċċess mistħoqq għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 24, 26, 27 u 30
L-istilla li għandek tagħraf iżjed f’ħajtek ġejja minn Aries
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom