X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
L-oroskopju mill-Ħadd 31 ta’ Marzu sas-Sibt 6 t’April
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Il-bidu tal-oroskopju għal Aquarius ser ilaqqgħek ma’ persuna li għandha tersaq lejk u dan ikun ta’ importanza għalik. Din għandha tkun ta’ gwida għalik b’mod speċjali għal dak li għaddej minnu fil-preżent. Agħraf imxi ma’ dawn il-linji gwida li sejrin jingħatulek fil-ġranet li ġejjin ħalli bis-saħħa t’hekk tkun tista’ terġa’ taqbad ritmu. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: oranġjo u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 31, 4 u 5
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Sagittarius
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Il-bidu tal-oroskopju għal Pisces se tagħraf kemm hemm minn huwa moħħu fik. Forsi l-pożizzjoni tiegħek qiegħda tiġi analizzta kemm biex ittejjeb u anke xi forma ta’ tibdil għalik fil-ġimgħat li ġejjin u dan jaf iġiegħlek taġixxi b’mod differenti però żomm ma’ dak li verament tħoss ġewwa fik. Tħalli lil ħadd min jipprova jbiddilek id-direzzjoni. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 5 u 6
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Virgo
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Il-bidu tal-oroskopju għal Aries ser iwasslek sabiex tibdel xi ftit mill-format tiegħek. Dan irid jitwettaq sabiex int tibda tagħraf kemm jista’ jkun ċaqliq aktar pożittiv. Dan ser isir mhux għax xi ħadd impona fuqek imma sabiex għal dak li riesaq lejk int tkun imħejji u ppreparat aktar minn qabel. Agħraf dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u griż
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 31, 1, 4 u 6
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Scorpio
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Il-bidu tal-oroskopju għal Taurus ser ikun mument ta’ protezzjoni, fażi li int għaddejja minnha bħalissa int trid tagħmel aktar kuraġġ sabiex tkun tista’ tegħleb dan. Agħraf abbilità li għandek ħalli bis-saħħa t’hekk int tagħraf li m’għandek bżonn lil ħadd sabiex finalment tasal fejn int verament jixraqlek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: aħdar, isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 3 u 6
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Leo
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Il-bidu tal-oroskopju għal Gemini ser ikun mument ta’ eċitament minħabba żviluppi ġodda fil-karriera u l-qasam tiegħek u dak li kien xi ftit mistur madwarek issa ser ikun aktar apert. Huwa dan li issa trid tagħraf tikkontrolla għax trid toqgħod attent. Wasal iż-żmien ta’ kuntatti ġodda. Agħraf. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 31, 3, 4 u 5
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Cancer
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Il-bidu tal-oroskopju għal Cancer ser ikun mument ta’ riflessjoni lejn iż-żmien. Agħraf li għalkemm dak li jista’ jkun mument diffiċli jew mhux ċar biżżejjed, imma jekk dak li hemm huwa aħjar minn dak li int tinsab fih illum mela allura agħmel il-pass meħtieġ. Agħraf li xejn ma jista’ jkun kif trid u tixtieq iżda emmen iżjed. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 2,4, 5 u 6
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Pisces
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Il-bidu tal-oroskopju għal Leo ser ikun mument ta’ skeda sabiex issib ħin għall-eżerċizzju sabiex tinqala’ mis-sitwazzjoni monotona. Ibda mur sal-gym u ibda mur fejn kont tħobb tmur. Sib ftit spazju għalik. Issa huwa l-mument ta’ riflessjoni għalik. Huwa dak il-mument li int tagħraf eżattament xi trid verament għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 31, 2, 3 u 5
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Capricorn
Leo huma magħrufin bħala persuni umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Il-bidu tal-oroskopju għal Virgo ser ikun perjodu ta’ ħsibijiet imma dan huwa wkoll ta’ gwadann għalik sabiex int tkun tista’ tirrifletti ferm aktar. Ikun ħażin ħafna jekk xi ħadd bħalissa jipprova jinfluwenzak għax dak li għandek f’moħħok twettqu. Ħadd ma jaf aktar minnek stess int xi trid. Int taf eżatt lilek u taf eżatt fejn trid tasal. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: griż u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 2, 4 u 6
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Aries
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Il-bidu tal-oroskopju għal Libra ser ikun mument li tagħraf aktar il-madwar wiesa’ tiegħek kemm fil-ħajja personali tiegħek wisq aktar fil-karriera tiegħek u issa riesaq lejk żmien iebes jekk mhux ħa tkun miftuħ għal ċertu opinjoni jaf jikkawżawlek ċertu problemi li mhumiex ser ikunu tajjeb meta għaddej minn tant żmien pożittiv. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 31, 1, 3 u 4
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Aquarius
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Il-bidu tal-oroskopju għal Scorpio huwa mument opportun li tibda tnaddaf ftit mill-memorji tal-passat u waħda mill-ewwel aspetti li għandek tikkanċella hi tilwima li kellek ma’ kollega sabiex tħossok ħlist minn ċertu ħsibijiet. Parir se jingħatalek, irrifletti sewwa dwaru għax dan ser ikun ta’ ċertu gwadann għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 31, 2, 4 u 5
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Taurus
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Il-bidu tal-oroskopju għal Sagittarius huma mument sabiex iżżomm lilek innifsek aktar magħqud u dan ikun mument ta’ aktar ta’ sodisfazzjon ma jikbirx imma bil-qawwa tiegħek stess tagħraf iċ-ċekknu. Forma ta’ xi gwida dejjem tkun waħda ta’ linja pożittiva. Għalhekk fittex li tagħraf aktar dak li huwa int ħalli kwalunkwe negattiv li jersaq lejk int kapaċi tilqagħlu. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: roża, blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 31, 1, 3 u 5
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Gemini
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Il-bidu tal-oroskopju għal Capricorn huwa mument sabiex ma tidġolx f’xi nasba ta’ argumenti li m’għandhomx jaqsmu miegħek. Int għandek ħafna aktar fiex taħseb għax hemm ħafna affarijiet resqin lejk fil-ġimgħat li ġejjin. Għalhekk evita l-inkwiet bla bażi u agħraf ħejji lilek innifsek sabiex dak li riesaq lejk jagħti u jimlik b’sodisfazzjon. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 1, 3, 5 u 6
L-istilla forma ta’ gwida pożittiva għalik ġejja minn Libra
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom