X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
L-oroskopju mill-Ħadd 7 t’April sas-Sibt 13 t’April
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Aquarius ser ikun mument li tagħraf tkun ftit ħienja fil-madwar tiegħek u dan sabiex jinstab ftit spazju għalik. Fejn wasal iż-żmien li tibda taħseb aktar fik. Hu mument fejn int trid tasal sabiex issolvi xi sitwazzjoni li taf li llum jew għada din trid titranġa. Għalhekk issa huwa dak il-mument li int trid twettaq dan. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: isfar u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 12 u 13
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Gemini
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Pisces ser ikun mument ta’ aktar enerġija li tagħmlek organizzat u anke soċjalment tkun aktar pożittiv. Se tkun ferm attiv, għalhekk hemm bżonn issib ftit tal-ħin biex tirrilassa kif tħobb int. Jekk dan mhux ser jintlaħaq jista’ jagħti l-każ li tibda tkun u tħossok stressanti. Agħraf żomm bilanċ. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 12
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Capricorn
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Aries ser tgħaddi minn fażi li bħal qisek qed tara l-affarijiet bil-kontra u dan qiegħed jikkawża xi ftit tat-tensjoni madwarek. Żomm lilek innifsek pożittiv sabiex din il-fażi tgħaddi malajr. Aħseb f’affarijiet u pjanijiet li trid twettaq sabiex tħossok aktar motivat għal dak li finalment riesaq lejk. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 10 u 12
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Leo
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Taurus ser iwasslek sabiex tibda tħossok aktar sigur u aktar ċert. Dan huwa importanti ħafna għalik li tibda tħossok hekk, aktar u aktar meta l-ħajja madwarek ser tibda tieħu format differenti meta riesqa ċertu responsabbilità lejk allura wasal iż-żmien li int issa timmatura aktar. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 11 u 12
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Pisces
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Gemini ser ikun mument ta’ riflessjonijiet, ta’ ppjanar u ta’ deċiżjonijiet. Minħabba dak li ġej f’dawn il-ġimgħat issa trid tkun aktar imħejji minn qatt qabel għal dak li riesaq lejk. Hekk twettaq dak li ġej b’ħila kif dejjem int magħruf għaliha. Dan ser ikun mument eċitanti għalik. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 12 u 13
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Libra
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Cancer ser ikun mument li tagħraf taħseb aktar dwar il-pass li jmiss tagħmel f’ħajtek. Minħabba raġunijiet oħra mdawrin miegħek. Int għandek tibqa’ moħħok miftuħ għal dak kollu li ġej lejk. Agħraf sew li int tkun ippreparat sew għal dak li int tkun trid twettaq. Parir dejjem iservik ta’ gwida. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 8, 10 u 12
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Sagittarius
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Leo ser ikun mument li issa tibda tattwa dak li int tant ilek taħseb. Issa m’għandekx għaliex toqgħod lura għax issa dak li għandek f’moħħok huwa ż-żmien opportun li tħares biss ’il quddiem. L-importanti li int ikollok fidi ta’ twemmin fik. Dak li ser tagħmel huwa biss għall-importanza tiegħek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 10, 11 u 12
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Taurus
Leo huma magħrufin bħala persuni umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Virgo huwa mument fejn int se tikseb aktar appoġġ fid-deċiżjonijiet li se tieħu fil-ġimgħat li ġejjin. Issa se tagħraf ir-responsabbilità aktar ta’ dak kollu li hemm madwarek. Huwa mument li ħa jagħmlek tagħraf tippjana aħjar, b’inqas tfixkil. Taqtax qalbek minn dan l-iżvilupp kollu. Żmien feliċi riesaq lejk. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 9, 10, 11 u 12
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Scorpio
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Libra ser jagħmlek tagħraf aktar l-indipendenza tiegħek li int magħruf tant għaliha. Hija ferm importanti għalik imma trid tagħraf it-tajjeb ta’ ddak li int. Sejra titwassallek aħbar u jekk int m’intix se tagħti kas tagħha. Din taf tkun forma żbilanċjata għalik. Għalhekk agħraf in-neċessità ta’ din l-aħbar. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 8, 11 u 13
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Aries
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Scorpi ser ikun mument sabiex int tibda tlaħħaq mal-aspettattiva li int kkommettejt għaliha. Dan fil-ġimgħat li ġejjin ovvjament ser joħloq ftit ta’ pressjoni madwarek. Imma jekk minn issa tint tibda tirranġa ftit u tippjana aħjar dan żgur jawguralek tajjeb sabiex kollox ikun f’postu u fil-ħin. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 8, 9, 12 u 13
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Aquarius
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Sagittarius ser ikun mument fejn trid tagħraf iżżomm il-paċenzja. Is-sitwazzjoni ta’ madwarek tista’ tieħu xejra differenti minn dak li hi imma jekk ħa titlef il-paċenzja dan jaf joħloq sitwazzjonijiet ikkomplikati li żgur mhux il-mument li int trid tgħaddi minnhom bħalissa. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: roża u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7,9, 11 u 13
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Virgo
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Fl-ewwel new moon taż-żodijaku għal Capricorn ser ikun mument fejn se tagħraf aktar il-vantaġġi u l-iżvantaġġi madwarek. Huwa mument li tesprimi fih b’mod kalm dak li verament qed tħoss ġewwa fik sabiex dan ikun dak il-mument li finalment iwasslek għal dik id-direzzjoni ideali li tant tixtieq. Għalhekk agħraf sew. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 7, 9, 10 u 13
L-istilla l-aktar avventuruża għalik ġejja minn Cancer
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom