X'qed tgħid l-istilla tiegħek?
L-oroskopju mill-Ħadd 14 t’April sas-Sibt 20 t’April
Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodijaku għalik ser ikun fażi li ma xtaqtx li dħalt fiha iżda ma kellek l-ebda kontroll issa li qiegħda tiffaċċja r-realtà trid tagħraf int liema direzzjoni ser tabqad. Għalkemm fil-mument m’għandekx għażla imma hekk kif jgħaddi ftit taż-żmien u tibda taħseb u tifli aktar is-sitwazzjoni, tara li għad għandek xaqq ta’ dawl u hekk tista’ tagħraf. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aquarius huma dawn: isfar u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 16, 19 u 20
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Libra
Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna
Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodijaku għalik ser iwasslek qrib xi ħadd madwarek li se jaħsdek bl-imġiba tiegħu. Dan se jagħmlek xi ftit ħosbien. Qatt ma immaġinajt li din il-persuna tista’ ġġib ruħha b’dan il-mod, imma l-aħjar li min-naħa tiegħek ma turi l-ebda reazzjoni anzi ibqa’ għaddej bir-rutina tiegħek sabiex fl-ebda ħin ma titfixkel. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Pisces huma dawn: blu u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 16, 17, 18 u 19
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Cancer
Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom
Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodijaku għalik ser iqarrbek aktar lejn emozzjonijiet li bħalissa għaddejjin madwarek u minħabba dak li ġarrabt dan qiegħed jikkawżalek ftit ta’ taqlib mir-rutina. Dan ser jagħmel ftit ta’ żmien madwarek imma l-importanti mhux kemm se jagħmel madwarek imma kemm int kapaċi tikkumbatti dak li qed iseħħ madwarek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Aries huma dawn: abjad u aħmar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 28 u 20
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Scoprio
Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li jagħtu.
Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodijaku għalik huwa dak il-mument li int toħroġ għal ftit mir-rutina magħluqa tiegħek. Dan hu importanti ħafna fil-jiem li ġejjin ħalli terġa’ ssib spazju ta’ rilassament. Tajjeb li terġa’ tidħol għad-delizzji li kellek. Jekk tagħraf issib ħin għal ħajtek tissaħħaħ aktar imma jekk se tibqa’ mgħaffeġ bil-pressjoni madwarek dan jaf ikun ta’ dannu għal saħħtek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Taurus huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 19 u 20
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Leo
Taurus huma magħrufin għall-istabbilità tagħhom
Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodijaku għalik ser jurik li għalkemm xi wħud minn dawk madwarek qegħdin jippruvaw jaqtgħulek qalbek, int xorta waħda se tibqa’ għaddej minn dak li għandek ippjanat. Dan juri l-qawwa li int tippossedi ġewwa fik li kontra kull kurrent tibqa’ miexi għal dak li int temmen fih. Mument ta’ responsabbilità kbira għal bosta deċiżjonijiet. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Gemini huma dawn: isfar u oranġjo
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 16, 18 u 19
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Sagittarius
Gemini huma magħrufin għall-flessibilità tagħhom
Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodijaku għalik ser ikun riflessjoni ta’ għażla li ser tfixklek xi ftit sabiex tagħraf l-aħjar tagħha. Għalkemm forsi ma tkunx f’postok għalkollox imma li tkun viċin dak li huwa tant importanti li jagħmlek aktar int ikun biżżejjed. Xi kultant fil-ħajja ma jiġix kollox kif tixtiequ int. Imma trid tagħraf tieħu l-aħjar minn dak li jkun hemm madwarek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Cancer huma dawn: isfar u blu
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 19 u 20
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Pisces
Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom.
Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodijaku għalik ser jirrifletti dwar ħsieb li ilu jdur ġewwa moħħok u issa wasal dak il-mument sabiex twettqu. Ma tistax tibqa’ żżomm lura għax iż-żmien għaddej. Aktar u aktar meta bħalissa għandek ċertu pożittività u għalhekk huwa ż-żmien opportun li int taħtaf l-okkażjoni ta’ dan il-mument u twettaq dak li tant ilek tixtieq. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 19
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Capricorn
Leo huma magħrufin bħala persuni umli
Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Iż-żodijaku għalik ser ikun mument ta’ inċertezza u nuqqas ta’ stabbilità. Dan huwa dak li hemm għaddej madwarek bħalissa u dan ma ġarax f’daqqa imma aktarx li in ħallejt kollox mitluq għal raħu u issa trid tieqaf tirrifletti sabiex din is-sitwazzjoni tibda tingħeleb. Trid tibda billi tkun aktar kunfidenti u hekk tistabbilixxi lilek innifsek. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Virgo huma dawn: oranġjo u kannella
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 20
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Capricorn
Virgo huma magħrufin li jservu ta’ pont.
Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodijaku ser iwasslek għal deċiżjoni li kellek tieħu ftit żmien ilu u bqajt ma ħadtx. Issa huwa l-mument li għandek tieħu din id-deċiżjoni u dan sabiex issaħħaħ il-karriera tiegħek. Din hi pedina importanti f’ħajtek. Però int suppost magħruf li żżomm bilanċ u għalhekk trid twettaq dan u hekk iżżomm madwarek stabbli. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Libra huma dawn: aħdar u abjad
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 17 u 19
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Aquarius
Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna.
Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sat-21 ta’ Novembru
Iż-żodijaku għalik ser ikun ta’ pjanijiet li għandek imħejjija iżda li jaf jinbidlu xi ftit minħabba l-għaġġla min-naħa tiegħek. Dan jaf jagħtik ftit aktar spazju sabiex int tkun tista’ tippjana aħjar sabiex kollox iseħħ kif tixtieq. Żomm kawt u kalm sabiex tagħraf aktar dak li ġej b’attenzjoni. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Scorpio huma dawn: isfar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 15, 17, 18 u 20
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Aries
Scorpio huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom
Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku se joffrilek stedina u għalkemm int se tipprova tevita li tmur, tagħmilx hekk għax minn din l-istedina se toħroġ xi ħaġa pożittiva li sfortunatament bġalissa m’intix għaddejja minn żmien tant faċli għalhekk agħraf dejjem aktar lilek innifsek mhux bil-kontra ħalli timxi ’l quddiem u jibda riesaq lejk mument feliċi. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Sagittarius huma dawn: roża u isfar
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 18 u 19
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Gemini
Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom
Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodijaku ser iwassal lil xi persuna biex tisfrattalek xi pjan li ilek sabiex twettaq. Tagħtix kas dan. Emmen fik innifsek u emmen li dak li ser tagħmel huwa għat-tajjeb tiegħek u ibqa’ miexi. Xi kultant fil-ħajja ta’ madwarna nsibu dawn l-ostakli li jtellfuna minn avvanzi li jkunu jistgħu jseħħu madwarna. Dan int tippermettihx. Namaste
Kuluri favoriti ma’ Capricorn huma dawn: aħmar u vjola
L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa
Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 14, 15, 16 u 19
L-istilla li se toffrilek appoġġ morali ġejja minn Virgo
Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom