Għada Michela se tkun qed tkanta fl-ewwel post fil-finali tal-Eurovision
Michela Pace tiftaħ il-finali tal-Eurovision Song Contest
Fl-aħħar sigħat tħabbar kif se jkunu qed ikantaw il-pajjiżi għada fil-finali tal-Eurovision Song Contest, b'Michela Pace se tkun qed tiftaħ il-kompetizzjoni.
Wara kull semi-finali, kull kantant tella' bil-polza jekk hux se jkantaw fl-ewwel parti jew inkella fit-tieni parti tal-finali.
Imbagħad ikun il-Contest Producer Christer Björkman li flimkien mal-Executive Supervisor tal-kuntest, Jon Ola Sand, jiddeċiedu f'liema ordni se jkantaw il-pajjiżi.
Is-sit tal-Eurovision jispjega kif id-deċiżjoni dwar l-ordni li fiha jkantaw il-pajjiżi tittieħed b'tali mod li kull kanzunetta tingħata l-opportunità li tispikka mal-udjenza.
Biex jaslu għal deċiżjoni, il-producers iħarsu lejn il-ġeneru tal-mużika, jekk il-kanzunetta tkunx tinkludi grupp jew inkella tkunx kantata solo, it-temp tal-kanzunetta u aspetti oħra.