Qamar Ġdid għaż-Żodjaku ta’ Aries
L-Oroskopu mill-Ħadd 5 ta’ April, sas-Sibt 11 ta’ April
Aquarius, mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Iż-żodjaku f'dan il-Qamar Ġdid għal Aquarius se jġiegħlek taħseb li wasal il-mument li tbiddel l-istil ta’ madwarek, għalhekk tipprovax twebbes rasek għal din il-fażi għax din il-bidla hija bżonjuża kemm għal dak li hemm riesaq lejk kif ukoll biex int tagħraf iktar lilek innifsek. Agħraf sew dan.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-iktar stilla ideali għalik din il-ġimgħa ġejja minn Aries.
Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta’ komunikazzjoni pożittiva. Namaste
Pisces, mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Iż-żodjaku f'dan il-Qamar Ġdid għal Pisces se jagħmlek tħossok persuna iktar dixxiplinata. Din l-esperjenza minn issa se tagħtik nifs ġdid u, bis-saħħa tagħha, se tlaqqgħek ma’ persuni ġodda bil-probabbiltà ta’ prospetti sbieħ għalik. Imma issa trid tagħraf li tkun imħejji sew, għalhekk irrifletti sew.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-gimgħa hi Sagittarius.
Pisces huma magħrufin bħala persuni ta’ moral effettiv ħafna. Namaste
Aries, mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Iż-żodjaku f'dan il-Qamar Ġdid għal Aries se jwasslek sabiex int tagħraf iktar iżżomm kalm u ma twettaq l-ebda azzjoni. Għalhekk, f'din il-fażi, int trid titgħallem mill-esperjenza li esperjenzajt fil-passat sabiex ma terġax tirrepeti żbalji. B'hekk tkun tista’ tħares iktar bi prosperità għall-ġejjieni. Irrefletti.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Virgo.
Aries huma magħrufin għat-twebbis ta’ rashom. Namaste
Taurus, mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Iż-żodjaku f'dan il-Qamar Ġdid għal Taurus juri fażi li fiha se tħoss il-pożizzjoni finanzjarja ta’ madwarek tibda tirpillja wara li din kienet qisha mwaħħla. Għalhekk, jekk minn issa int tagħraf tagħmel forma ta’ skeda ta’ ippjanar dwar li-finanzjar, b'mod speċjali dwar l-infiq tiegħek, dan ikun utili ħafna għalik.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-gimgħa hi Capricorn.
Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom. Namaste
Gemini, mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
Iż-żodjaku f'dan il-Qamar Ġdid għal Ġemini juri fażi importanti li fiha se toħroġ bl-iktar potenzjal kollu tiegħek. Għalkemm xi wħud minn ta’ madwarek mhumiex jaraw li dan se jkun pass importanti, int ibqa’ għaddej bil-pjan tiegħek sabiex żgur tħalli lil kulħadd sorpriż. Emmen iżjed fik innifsek.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Libra.
Gemini huma magħrufin bħala nies motivati ħafna. Namaste
Cancer, mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Iż-żodjaku f'dan il-Qamar Ġdid għal Cancer se joħloqlok sitwazzjoni sabiex inti ddur dawra waħda madwarek. F'dawn il-ħmistax li ġejjin int għandek tosserva ferm iktar il-madwar tiegħek sabiex int tkun tista’ tanalizza kollox sew, u b'dan int tkun tista’ tieħu d-direzzjoni ideali għalik. Għalhekk għandek tirrifletti sew.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Taurus.
Cancer huma magħrufin għad-direzzjonijiet pożittivi tagħhom. Namaste
Leo, mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Iż-żodjaku f'dan il-Qamar Ġdid għal Leo juri fażi li fiha trid tanalizza kollox sew, tara li kollox għandu jkollu l-ħin tiegħu. Għalhekk ibda minn issa, agħraf sew, trid timxi b'moħħok. Jista’ jkun li wasal iż-żmien li tbiddel fehmtek fuq ċertu sitwazzjonijiet, għalhekk għaraf sew.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Scorpio.
Leo huma magħrufin bħala persuni ta’ fehma soda. Namaste
Virgo, mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’Settembru
Iż-żodjaku f'dan in-New Moon għal Virgo juri mument ta’ impenn ta’ iktar responsabbiltà, sabiex minn issa int tibda tagħraf kemm int responsabbli. Ma għandniex xi ngħidu, se ttejjeb ukoll il-madwar tiegħek fil-proċess, u dan sabiex tagħraf aħjar dak li riesaq lejk. Irrifletti sew dwar dan.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Cancer.
Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument. Namaste
Libra, mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Iż-żodjaku f'dan in-New Moon għal Libra juri fażi ta’ iktar impenn fil-karriera tiegħek sabiex b'hekk tagħti spinta kemm biex int ittejjeb il-madwar tiegħek kif ukoll sabiex twessa’ iktar dak li int kabbart sa issa. Iżda minn issa trid tagħraf tkun iktar għaqli, għalhekk irrifletti sew.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Pisces.
Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Namaste
Scorpio, mill-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Iż-żodjaku f'dan in-New Moon għal Scorpio juri fażi ta’ preparazzjoni min-naħa tiegħek għal dak li se jkun riesaq lejk, sabiex barra li tkun imħejji ferm iktar, int tkun tista’ ttejjeb iktar ħiltek. Persuna se toffrilek opportunità, iżda żgura ruħek li tieħu parir sew qabel tagħmel xi pass. Agħraf sew dan.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgha hi Aquarius.
Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom. Namaste
Sagittarius, mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Iż-żodijaku f'dan in-New Moon għal Sagittarius juri iktar impenn fl-abbiltà tiegħek, fejn għalkemm dan l-aħħar għaddejt minn xi sitwazzjoni iebsa, dan se jagħmlek tagħraf iktar fejn, minn issa, int vera tkun tixtieq tasal. Titlifhiex din l-opportunità, għalhekk agħraf sew dan.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-ġimgħa hi Gemini.
Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività li joffru. Namaste
Capricorn, mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Iż-żodjaku f'dan in-New Moon għal Capricorn qiegħed juri iktar ippjanar dettaljat fil-madwar kollu tiegħek. Dan se jagħtik ċans ta’ dawra kompluta madwarek, kemm mil-lat ta’ kif tibda tippreżenta lilek innifsek, kif ukoll kif torganizza l-madwar tiegħek. Dan huwa tibdil meħtieġ. Irrifletti sew.
L-iktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa.
L-iktar stilla ideali għalik għal din il-gimgħa hi Leo.
Capricorn huma magħrufin għall-ideat pożittivi li jafu joffru. Namaste