Films | Il-Kummiedji 'sfrenati' ta' żmien id-Dipressjoni l-Kbira
Il-films li ħarġu wara l-falliment f'Wall Street sal-bidu tas-snin 40
Meta fl-1929 il-Banek Amerikani f'Wall Street fallew, fuq dan il-pajjiż waqgħet dipressjoni ekonomika qawwija, li laqtet 60% tal-popolazzjoni li bdew jgħixu fil-faqar u l-miżerja. Din id-Dipressjoni il-Kbira baqgħet tittituba b'inqas intensita', sal-bidu tas-snin erbgħin, qabel imbagħad l-Istati Uniti daħlet fit-Tieni Gwerra Dinjija.
F'din l-epoka, minn Hollywood bdew ħergin kummiedji tassew sfrenati u tad-daħk, ħafna minnħom b'mod intelligenti u bi spitru pront, biex bihom għallinqas il-poplu jinsa ftit mid-dwejjaq u l-iskumdità li kien jinsab fiha. Dawn laqqmugħom "screwball comedies".
Dan il-generu ta' film kellu wkoll il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu. Fuq quddiem nett insibu persuna femminili li tiddomina b'awtorita' r-relazzjoni, bin-naħa maskili jkollu l-qawwa tiegħu sfidata. Iż-żewg persuni kienu jingaġġaw f'xulxin f'battalja farseska tas-sessi, aspett li għall-Hollywood kien innovattiv, kif kien ukoll għall-udjenzi li għoxew fih. Elementi oħra tal-"iscrewball comedies" kienu li ż-żewg karattri jmeru lil xulxin bi kliem meqjuz, imlissen bil-ħeffa. Dawn huma lkoll sitwazzjonijiet li jrendu tbissim u umoriżmu qawwi, temi ta' kif wieħed jaljena lill-ieħor jew viċi-versa, b'tendenza li tinbet attrazzjoni lejn xulxin li aktarx tispiċċa fi żwieg.
Dawn il-kummiedji bla brejkijiet xi kultant kienu juru lil dawk tal-klassi soċjali għolja, li baqgħu jgħixu komdi fid-Dipressjoni, f'konflitt bħal f'It Happened One Night [1934] u My Man Godfrey [1936]. Dawn il-kwalitajiet ta' fares sfrenati saru tant popolari u mfittxija li damu anki diversi snin wara li għaddiet id-Dipressjoni jiġu magħmulin. Sal-preżent, kull tant żmien, għadhom joħorgu produzzjonijiet ta' dan it-tip, imma l-perjodu klassiku effettivament spiċċa fis-sena 1942.
Ħafna mill-kittieba tal-passat, fostħom Wiliam Sħakespeare, kitbu kummiedji mill-aktar tad-daħk ambjentati għall-perjodu li kienu jgħixu fih. Tendenzi oħra assoċjati ma' dawn ix-xogħlijiet ħuma li jinkludu sitwazzjonijiet stupidi li bilfors joħolqu umoriżmu, kummiedji romantiċi u xi farsa fil-kamra tas-sodda, naturalment b'mod ħafna iżjed diskret mil-lum. Xi wħud minn dawn kienu jissejħu "slapstick" [terminu tant popolari fil-kummiedji brillanti taċ-ċinema mutu], kummiedji sfrenati mimlija kaos, taħwid u għajjat li jdaħħak.
Ingredjenti oħra popolari kienu li juru xi protagonista ċentrali femminili mimlija kunfidenza żejda fiha nnifisha pero' spiss stinata u storja li tinvolvi namur u żwieg jew żwieg ieħor wara divorzju. Kritiku rispettat ta definizzjoni lil dan l-istil bħala 'kummiedji sesswali mingħajr is-sess'.
Bħal fares in generali, dak li jissejħu screwball comedies kienu jinvolvu identita' żbaljata u ċirkostanżi oħrajn li fihom xi karattri jew karattru jipprova jżomm xi fatt importanti mistur. Xi kultant kien ikun hemm xi raġel moħbi taħt l-ilbies ta' mara, xi ħaga li tikkontribwixxi għal nuqqas ta' fteħim, bħal Bringing Up Baby [1938] [baby hawn hu ferħ ta' leoparda] u Some Like It Hot [1958] [bl-atturi Tony Curtis, Jack Lemmon u Marilyn Monroe. Minkejja li dan mhux meqjus bħala film ta' dan il-perjodu hu meqjus bħala l-aqwa kummiedja li qatt ħarget minn Hollywood. L-unjoni romantika spiss kienet tkun ippjanata mill-bidu mill-mara, waqt li r-raġel ma jkollu l-ebda ħjiel tal-intenżjoni ulterjuri tagħħa. Fi Bringing Up Baby Katherine Hepburn tistqarr mat-tielet persuna li "Dak [Cary Grant] hu r-ragel li se niżżewweġ - filwaqt li hu ma jaf assolutament xejn. F'dawn il-kummiedji dawk tal-klassi għolja aktarx jintwerew bħala nies għażżenin jew imfissda, b'diffikulta' mad-dinja reali.
Xi produzzjonijiet klassiċi ta' dan il-perjodu huma:
Tħe Front Page [1931], It Happened One Night [1934] [l-ewwel film li rebaħ 5 Oscars kollha għall-kategoriji maġġuri], My Man Godfrey [1936], Tħe Awful Truth [1937], Nothing Sacred [1937], Bringing Up Baby [1938]. The Lady Eve [1941], The Palm Beach Story [1942] u mir-Renju Unit The 39 Steps [1933]. Is-serje ta' films The Thin Man dwar koppja intelligenti mill-belt [Cary Grant u Myrna Loy] li kapaċi jsolvu każi ta' qtil waqt li jiċċajtaw ma' xulxin u jieħdu d-dinja biċ-ċajt verament qabdu l-immaginażżjoni ta' ħafna nies.
L-atmosfera miżera tad-Dipressjoni Amerikana kienet il-klima ideali biex din it-tip ta' kummiedja, bosta drabi sofistikata, tassew irnexxiet.