![[IT-TIENI PARTI] Is-sensiela oriġinali Planet of the Apes](http://content.illum.com.mt/ui_frontend/thumbnail/684/0/planet_of_apes_2.png)
Il-Katidral tal-Imdina jilqak għal Missa Brevis, kompożizzjoni tas-seklu 16
Għall-ewwel darba ġo Malta, il-kompożitur ta’ fama internazzjonali Olandiż, Jacob de Haan, se jippreżenta l-famuża Missa Brevis, kompożizzjoni qasira li tmur lura għas-seklu 16

Wara s-suċċess tal-kunċert imtella’ minn Mons. Marco Frisina “La Societá Nazionale la Valette”, se jkun qed jiġi organizzat kunċert ieħor din id-darba fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl, l-Imdina.
Għall-ewwel darba ġo Malta, il-kompożitur ta’ fama internazzjonali Olandiż, Jacob de Haan, se jippreżenta l-famuża Missa Brevis, kompożizzjoni qasira li tmur lura għas-seklu 16. Din tindaqq fil-knejjes biex tingħata qima u glorja ’l Alla. Din il-kompożizzjoni se tkun akkumpanjata minn biċċiet mużikali oħra relatati ma’ żmien ir-Randan u l-Ġimgħa l-Kbira.
Din il-lejla se tkun akkumpanjata mal-ilħna tas-soprani rinomati Rosabelle Bianchi, Bartione Louis Andrew Cassar, Coro bel Canto mmexxi minn Hermann Farrugia Frantz u l-vjolinist George Curmi l-Pusè.
Il-kunċert se jittella’ nhar is-16 ta’ Marzu mit-8pm sal-9:45pm, fil-Katidral Metropolitan ta’ San Pawl fl-Imdina.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw online minn fuq www.showshappening.com kif ukoll mill-każin tal-banda fil-Belt Valletta, Triq ir-Repubblika.
Jekk tixtieq tikseb aktar informazzjoni tista’ tibgħat email fuq [email protected] jew ċempel fuq 7988 2828.