Idejja Maħsula: Il-passjoni ta’ Ġesu f’xelter tal-gwerra f’Ħal Qormi
B’kitba ta’ Kirsten Mifsud Schembri Vella u direzzjoni ta’ Josue Formosa, Idejja Maħsula qed issir b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Qormi A.D. 1919 u l-Kunsill Lokali Ħal Qormi
Segwi l-passjoni ta’ Ġesu kristu mil-lenti oħra, fix-xeltar tal-paroċċa San Ġorġ Ħal Qormi.
Miftuħa għal pubbliku matul il-Ġimgħa Mqaddsa, ‘Idejja Maħsula,’ teħodna matul il-vjaġġ ta’ Ġesu Kristu f’wieħed mill-iljieli iebsa tiegħu.
Mit-tradiment fil-ġnien tal-Ġetsami, għas-salba tiegħu fuq il-Golgota, din id-darba in-nies jimxu ma’ Klaudia l-mara ta’ Pilatu.
Is-sbejħa mħassba tiltaqa’ ma bosta għażliet matul it-triq, b’kull għażla li tagħmel twassal għal konsegwenzi li aħna nafu bihom bil-qari tal-ktieb imqaddes tal-Bibbja.
Imma x’jiġri jekk l-għażla li tieħu ma kinitx it-tajba? X’jiġri jekk għażla m’għandekx? Id-destin inti tagħmlu? Jew miktub għalik?
Trid tkun xhud tad-deċiżjonijiet ta’ Klaudia? Żur ix-xelter f’Ħal Qormi, pass ‘l bogħod mill-Knisja ta’ San Ġorġ, u imxi mal-atturi l-mixja tal-passjoni.
Din il-produzzjoni, mtella’ minn 4Teenth Productions se tkun miftuħa nhar il-Erbgħa u Ħamis ta’ Marzu, kull nofs-siegħa, mit-8pm ‘il quddiem, u l-Ġimgħa, l-istess, imma mid-9am sal-12pm.
B’kitba ta’ Kirsten Mifsud Schembri Vella u direzzjoni ta’ Josue Formosa, Idejja Maħsula qed issir b’kollaborazzjoni mal-Kumitat Festi Esterni San Ġorġ Martri Qormi A.D. 1919 u l-Kunsill Lokali Ħal Qormi
Postijiet jistgħu jiġu rreservati biss għall-Erbgħa 27 ta’ Marzu. Il-Ħamis u l-Ġimgħa jidħlu dawk li jiġu l-ewwel.
Għal iktar informazzjoni, ċemplu 79093503 jew ibatu messaġġ fuq [email protected].