Il-produzzjoni annwali tal-KSU, din is-sena b’Toy Storey
Għalkemm il-karattri uniċi tal-istorja oriġinali se jżuruna xi ftit, l-adattament se tkun esperjenza unika għal kull jmur jaraha
Eċitament kbir ġewwa l-Università hekk kif din il-ġimgħa KSU jippreżanta l-produzzjoni tiegħu “Toy Storey.”
B’wegħda nostalġika, l-imħuħ wara din il-produzzjoni jerġgħu jlaqqgħuna ma’ Wudy, Tessie, Bażż, u Benna Bettina.
F’Sir Temi Zammit Hall mill-5 ta’ April sas-7 ta’ April, “Toy Storey” mhux se tkun l-istorja li niftakru fi tfulitna.
Għalkemm il-karattri uniċi tal-istorja oriġinali se jżuruna xi ftit, l-adattament xorta se jkun esperjenza unika għal kull jiġi jaraha.
Bi prezzijiet bejn €12 u €18, il-biljetti jistgħu jinqatgħu mis-sit elettroniku tal-KSU.
Il-bibien jinfetħu fis-7pm.
More in Divertiment