L-Għanja tal-Poplu 2024: Il-festival jasal fit-48 edizzjoni tiegħu

Il-mistiedna speċjali ta’ din is-sena huma Renato Micallef li se jingħata rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-kamp mużikali Malti

Il-preparamenti għat-48 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu għaddejjin ġmielhom. Il-festival se jittella’ nhar is-Sibt 3 t’ Awwissu fid-8:45pm fi Pjazza Teatru Rjal, bis-sehem tal-Malta Concert Orchestra taħt id-direzzjoni ta’ Mro Joe Brown. 

L-ewwel edizzjoni ta’ dan il-festival ittellgħet 51 sena ilu ġewwa l-Belt Valletta. L-Għanja tal-Poplu baqa’ jiġbed lejh żgħażagħ kif ukoll artisti ta’ esperjenza li għandhom għal qalbhom il-mużika Maltija. 

Il-kanzunetti finalisti tat-48 edizzjoni tal-Għanja tal-Poplu huma: 

Kanzunetta – Kantant/a/i (Awtur, Kompożitur) 

01. Jien Min Jien – Klikka (Renato Vella/ Steve Camilleri/ Malcolm Camilleri, Philip Vella) 
02. Daqqa ta’ Pinna – Cherylis (Emil Calleja Bayliss, Mark Scicluna) 
03. Jiena Missier – Dominic Cini (Etienne Micallef, Philip Vella) 
04. Straight – Lon Kirkop (Kantawtur) 
05. Bil-Jekk u Bil-Jewwilla – Thea Gauci (Emil Calleja Bayliss, Mark Spiteri Lucas) 
06. Fissidni – Dario Bezzina (Kantawtur) 
07. Munita B’Żewġ Uċuħ – Kayley Cuschieri (Paul Ellul, Mark Scicluna) 
08. Tgħanniqa – Leontine (Etienne Micallef, Dominic Cini) 
09. Kanna Kanun – JAMM Band (Mark Cachia) 
10. Dik L-Id – Jasmine Farrugia (Paul Ellul, Aldo Spiteri/ Bradley Spiteri/ Liam Spiteri) 
11. Nafu Nħobbu Wkoll – Anna Azzopardi (Joe Julian Farrugia, Mark Spiteri Lucas) 
12. Il-Poeta ta’ Ftit Kliem – Mark Tonna (Etienne Micallef, Dominic Cini) 
13. Namra – Florence Aquilina (Kantawtur) 
14. Inkiss Inkiss – Rachel Lowell (Emil Calleja Bayliss, Philip Vella) 
15. Għażiża – Laura Bruno (Mark Spiteri Lucas)            
16. Qsamt it-Triq – David Joseph Sammut (Alfred C. Sant)                                                                                                                                                                  

Il-mistiedna speċjali ta’ din is-sena huma Renato Micallef li se jingħata rikonoxximent għall-kontribut tiegħu fil-kamp mużikali Malti, kif ukoll l-kantant tal-kanzunetta rebbieħa tal-2023 - Christian Arding. Il-koppja Joseph Galea u Antonella Galea Loffreda se jkunu l-preżentaturi ta’ din l-edizzjoni. 

Bilejtti jistgħu jinkisbu minn: www.ticketline.com.mt.  Għal aktar informazzjoni żur is-sit www.ghanjatalpoplu.org

Dan il-festival huwa organizzat mill-għaqda volontarja b’ kollaborazzjoni ma’ Pjazza Teatru Rjal. L-Għanja tal-Poplu huwa megħjun mill-Kunsill Malti Għall-Arti. 

More in Divertiment