
Il-Prof. Yosanne Vella b’taħdita dwar Malta taħt il-Franċiżi
"Il-Professoressa Vella tikxef numru ta’ stejjer ġodda dwar l-abitanti lokali u xi każijiet sorprendenti li spiċċaw fuq l-iskrivanija tal-Ġeneral Vaubois"

Biex tikkommemora l-pubblikazzjoni tal-verżjoni bil-qoxra iebsa u illustrata tal-ktieb tagħha, Once upon a time 1798, 1799, 1800 – Forgotten stories of the French period in Malta, l-Ambaxxata Franċiża stiednet lill-Prof. Yosanne Vella biex tagħti taħdita dwar il-ħajja ta’ kuljum f’Malta taħt il-ħakma Franċiża fit-27 ta’ Marzu 2025 fis-6:30 pm fil-Librerija Nazzjonali ta’ Malta. Jekk tixtiequ tirreġistraw għat-taħdita, kemm aċċessaw dil-ħolqa: https://cutt.ly/History-Lectures
Astratt
Oġġetti misruqa, proċeduri biex wieħed jitlaq miż-żona assedjata, kunvent mibdul f’orfanatrofju ... Bl-użu ta’ arkivji li qatt ma ġew ippubblikati qabel, Vella tikxef numru ta’ stejjer ġodda dwar l-abitanti lokali u xi każijiet sorprendenti li spiċċaw fuq l-iskrivanija tal-Ġeneral Vaubois.
Iffirmar tal-kotba flimkien mal-pubblikatur tagħha Midsea Books
Vella se tkun qed tiffirma l-ktieb tagħha, li tkunu tistgħu tixtruh wara t-taħdita bis-saħħa tal-pubblikatur tagħha, Midsea Books. F’dan il-ktieb, Vella tidħol fil-kontroversja akkademika dwar l-istorjografija tal-perjodu Franċiż, it-tmexxija qasira tal-‘Governo di Malta’ (Il-Gvern ta’ Malta), il-movimenti minn u lejn il-Belt Valletta, il-ħafna villani u opportunisti li ħalqu kemm kaos, kif ukoll atti erojċi u qalbiena.
Bijografija tal-lettriċi
Yosanne Vella hija professur fl-Università ta’ Malta u l-kordinatriċi tal-Istorja u l-Istudji Soċjali fi ħdan il-Fakultà tal-Edukazzjoni. Hija espert rikonoxxut fil-pedagoġija tal-istorja, u editjat kotba, kemm f’Malta, kif ukoll fir-Renju Unit. Hija kitbet ukoll diversi artikli dwar l-istorja tan-nisa Maltin. Hija l-President tal-Assoċjazzjoni tal-Għalliema tal-Istorja ta’ Malta u kienet Viċi President tas-Soċjetà Storika ta’ Malta sal-2019.