Ittri tal-Ħadd 5 t'Ottubru

L-ittri jridu jkunu ffirmati u mhux itwal minn 300 kelma. Indirizzaw l-ittri tagħkom: Lill-Editur Illum, MediaToday, Vjal ir-Riħan, San Ġwann jew email [email protected]

Il-bdil fil-liġijiet

Minn Edward Torpiano

Floriana

Nagħmel riferenza għall-ittra li ġġib l-isem ‘Esperjenza rikka u wiesgħa’ miktuba mill-korrispondent Dun Nikol Aquilina (Leħen is-Sewwa, 28 ta’ Settembru 2014) fejn, f’din l-imsemmija ittra, dan l-artikolista qal li ġej: nixtieq ngħid li, l-istorja ta’ pajjiż għandha ħafna faċċati u ebda waħda minnhom m’hija kompluta u qal ukoll li, dwar din il-kwistjoni li l-Knisja Kattolika kellha titlob il-libertà wieħed aħjar isemmi mill-inqas billi nfakkar f’liġijiet moqżieża li Gvern Soċjalista Mintoffjan (sfiduċjat fl-elezzjoni ġenerali tat-12 ta’ Diċembru 1981), ressaq, fosthom li żwieġ

fil-Knisja Kattolika ma baqax rikonoxxut mill-Gvern Malti, tneħħiet l-immunità tal-Isqfijiet fl-1975, tneħħiet il-liġi li tiddikjara li r-reliġjon Kattolika hija r-reliġjon uffiċjali ta’’ Malta, ġiet emendata l-liġi tal-posta (1975) li ħalliet lil min għalaq tmintax-il sena jdaħħal xogħol pornografiku, għaddiet il-liġi tal-ġbir (biex jixxekkel il-ġbir fil-knejjes), għaddiet il-liġi dwar l-indħil barrani (bis-Santa Sede tqis li

din hi liġi li tiftaħ il-bieb għall-indħil mill-awtorità ċivili fi ħwejjeġ interni tal-Knisja Kattolika), għaddiet il-liġi dwar il-proprjetà tal-Knisja (Att tal-1983 dwar divoluzzjoni ta’ ċerta proprjetà tal-Knisja), għaddiet il-liġi li biha l-Fakultà tat-Teoloġija tneħħiet mill-Università ta’ Malta, għaddiet il-liġi li biha l-isqfijiet kienu projbiti milli jżuru l-iskejjel tal-gvern, it-tneħħija tad-Diretturi Spiritwali mill-iskejjel tal-gvern u t-tneħħija ta’ Orginazzturi tax-Xandir Reliġjuż minn Xandir

Malta.

Ma nafx għaliex, dejjem skont dan il-korrispondent Dun Nikol Aquilina, dawn għandhom jissemmew mill-inqas. Qed tiddejjaq li hawn min ifakkar il-ħniżrijiet li wettaq Dom Mintoff fil-konfront tal-Knisja Kattolika?

More in Ittri