Grazzi lill-Mission Fund

minn Bro. Carmel Mucat, SDB

Jiena, flimkien ma’ sħabi l-missjunarji Salesjani li naħdmu f’Don Bosco Technical School – Shillong, India rridu nirringrazzjaw mill-qalb lill-Mission Fund għall-għotja ġeneruża ta’ €2,000, sabiex aħna ngħinu studenti foqra li jaslu għandna mill-irħula minsija u mbiegħda tal-muntanji Himalayas.

Fl-iskola tagħhna, aħna nipprovdu lil dawn iż-żgħażagħ għixien xieraq u t-tagħlim meħtieġ sabiex huma jitħarrġu f’sengħa li tiswielhom għal ħajjithom kollha. B’hekk huma jkunu jistgħu wkoll iżommu l-familja tagħhom f’qagħda ferm aħjar.

Nixtieq inħajjar lill-qarrejja tiegħek jibgħatu bolol użati u donazzjonijiet lil Mission Fund 500, ‘Eureka Court’ Blk A, Flt 6, Main Str Mosta MST 1018, sabiex jissokta jsir il-ġid minna l-missjunarji Maltin li ninsabu naħdmu fil-pajjiżi foqra tat-tielet dinja.

Donazzjonijiet lil Mission Fund jistgħu jintbagħtu online inkella dirett lil banek f’dawn il-kontijiet: HSBC A/C No. 061197448050; BOV A/C No. 1630078019; APS A/C No. 20000820762; jew BANIF A/C No. 00087963101. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jidħol fis-sit: www.missionfund.org.mt

More in Ittri