Il-gazzetta ILLUM b’koordinatur editorjali ġdid

Marianna Calleja ġiet appuntata koordinatur editorjali tal-gazzetta ILLUM

Marianna Calleja ġiet appuntata koordinatur editorjali tal-gazzetta ILLUM.   

Illum bdiet bħala gazzetta f’April 2006 u apparti l-gazzetta ta’ kull nhar ta’ Ħadd, tokkupa spazju fuq l-internet permezz tas-sit illum.com.mt.  

Illum hija l-uniku gazzetta bil-Malti indipendenti fix-xena lokali.   

Calleja studjat il-ġurnaliżmu l-MCAST fejn kisbet Baċellerat bl-Unuri fil-Ġurnaliżmu.  

Hija ssieħbet mal-kumpanija MediaToday fl-2020, l-ewwel bħala ġurnalista mal-ILLUM, imbagħad mal-MaltaToday.  

Hija tieħu ħsieb ukoll il-pjattaformi tal-midja soċjali taż-żewġ ġurnali. 

Mal-ILLUM ħadmet fuq serje ta’ artikli mal-Għaqda Bdiewa Attivi fl-2021, li waslu biex il-Gvern ħa azzjoni fuq is-suġġett.  

Ħadmet ukoll fuq is-serje ta’ artikli bl-isem “Bnadi mitluqa, abbandunati jew moħlija.”  

Fiha tat l-istorja ta’ siti madwar Malta li kienu ta’ tant importanza fiż-żmien ta’ qabel iżda issa tħallew abbandunati. Fosthom kien hemm l-Isptar San Luqa f’Tal-Pietà, il-lukanda tal-Jerma u l-villaġġ fantażma tal-Forti Sant'Iermu. 

Għandha għal qalbha l-attiviżmu, speċjalment l-ambjent u d-drittijiet tal-mara, u għalhekk bosta artikli tagħha jittrattaw is-suġġett. 

Marianna Calleja ġiet appuntata koordinatur editorjali tal-gazzetta ILLUM.
Marianna Calleja ġiet appuntata koordinatur editorjali tal-gazzetta ILLUM.

More in Ittri