Sandra Gauci | Is-sigurtà u Jum il-ħaddiem
'Mil-każijiet reċenti u qrib ta xulxin ta mwiet fuq il-post tax-xogħol, is-sikurezza fil-post tax-xogħol għandha tkun l-ewwel prijorita li naħdmu fuqha'
Meta tara x’inhu jiġri fil-pajjiż dwar dak li għandu x’jaqsam ma drittijiet tal-ħaddiema aktar ninduna kemm hemm bżonn infakkru li d-drittijiet huma xi ħaġa li f’ ħakka t’għajn jintilfu jekk ma nibqgħux nissieltu għalihom u noħduhom for granted. Meta beda jiġi iċċelebrat fl-1889 kien għax il-ħaddiema riedu ġurnata xogħol ta tminn siegħat. Li illum għandna; iżda li bir-ritmu tal-għoli tal-ħajja u l-prezzijiet skandalużi tal-bini mhux biżżejjed. U llum x’ hemm bżonn? Żgur u mhux forsi li l-prijorita għandha tkun is-sigurta fuq il-post tax-xogħol għax qed nisimgħu b’ wisq imwiet li x’aktarx setgħu jiġu evitati li kieku l-affarijiet jimxu mar-regoli, jkun hemm min jinforza r-regoli u jkun hemm konsegwenzi serji għal min ir-regoli ma jkunx mexa magħhom
Mil-każijiet reċenti u qrib ta xulxin ta mwiet fuq il-post tax-xogħol, is-sikurezza fil-post tax-xogħol għandha tkun l-ewwel prijorita li naħdmu fuqha. Bil mewt friska ta Bari Balla u soqfa jaqgħu fuq in-nies huwa mpossibbli tinjora l-pjaga tal-kostruzzjoni f’ dan il-pajjiż. Saret pjaga għax tħalliet tikber bla ebda indħil u bil-liberta’ li tagħmel li trid li tgħaffeġ u tiddetta ħajjitna u mhux biss. L-impunita u n-nuqqas ta’ infurzar fuq min jikser ir-regoli, ħallew biex din l-industrija tkun il-bully li tiddetta fejn għandna ngħixu mnejn għandna nsuqu u ma ninsewx ukoll il-kwalita tal-arja li rridu nibilgħu. Hekk jiħi meta jkollok settur preferut fuq oħrajn li għandu fil-but lil-gvern b’nies li apertament jiftaħru bil-qrubija tagħhom lejn iż-żewġ partiti. X’tiswa l-ħajja ta’ ħaddiem? Donnu saru disposables bla isem i jistgħu jitbiddlu bla problemi ta xejn għax ix-xogħol irid isir. Pero’ l-prezz qiegħed ikun il-ħajjiet ta dawn il-ħaddiema. Infatti 55% tal-imwiet fuq il-post tax-xogħol seħħu fil-kostruzzjoni.
Li tħossok sigur fuq il-post tax-xogħol mhux biss f dak li għandu x jaqsam ma li titlef ħajtek fuq il-post tax-xogħol imma anke li meta tmur għax-xogħol taf li tista taħdem mingħajr ħadd ma jgħamillek bullying jew saħansitra kif smajna l-każ reċenti ta Clint Axisa ffastidjar sesswali fuq il-post tax-xogħol. Aħna tal-ADPD konna minn tal-ewwel li kkundannajna l-fatt li Axisa tħalla jidħol jaħdem ma Infrastucture Malta allavolja għandu każ pendenti l-qorti fuq fastidju sesswali u abbużi sesswali fuq il-post tax-xogħol. Filwaqt li Rebecca Buttigieg meta ppressata mil- media jekk hi kienetx taċċettah lura jaħdem magħħa hi qalet le. Imma sħabha jaħsbu mod ieħor. U hawn jiġuni d-dubji dwar kemm is-segretajat parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza huwa verament effettiv jekk minn ġewwa stess il-messaġġ hu li min jisfa vittma jibqa tali u jekk għandek min jaqbeż għalik tista tħawwad kemm trid u kif trid. Din x’ugwaljanza hi? Kif tista xi ħadd vittma ta stupru jew fastidju sesswali fuq il-posty tax-xogħol iħossu komdu jirraporta jekk jaf li se tkun kedda ta xejn? Kif tista vittma tħossha sigura fuq il-post tax-xogħol tagħha jekk dan hu l-mod kif jiġi trattat l-abbuż sesswali u l-fastidju sesswali? Basta ħafna paroli biex tirraporta u tgħaddi minn trawma doppja għax ikollok tgħid xi jkun ġralek. Biex imbagħad qisu ma ġara xejn u l-ferita kbira tiegħek ma tingħatax l-importanza mistħoqqa.
Donnu l-ħajja tal-ħaddiem saret xi ħaġa bla valur, disposable; imut wieħed u ġib ieħor biex naħdmu ejja ħa mmexxu ttelfuwx ħin. U hija din l-aktar ħaġa mportanti li għandna niffukaw fuqha: li l-ħaddiem jingħatalu l-protezzjoni li jixraqlu għax l-ebda ħaddiem ma ħaqqu jmut fuq il-post tax-xogħol sforz it-traskuraġni ta ħaddiehor jew jiġi mżeblaħ u abbuzat. Dinjita, sigurta u kundizzjonjiet tax-xogħol xierqa huma dak li kulma jmur qed jonqsu u kulma jmur irridu naħdmu gġalihom kull ġurnata. Xejn mħu ovvju u xejn mhu garantit.