Ħidma dwar il-Gżejjer u l-konnettività
F’ħidma dwar il-Gżejjer u l-konnettività, il-MPE f'isem il-Partit Laburista Josianne Cutajar kompliet tippromovi l-karatteristiċi uniċi ta’ gżejjer Ewropej bħal Għawdex u Malta
F’ħidma dwar il-Gżejjer u l-konnettività, il-MPE f'isem il-Partit Laburista Josianne Cutajar kompliet tippromovi l-karatteristiċi uniċi ta’ gżejjer Ewropej bħal Għawdex u Malta. Saħqet ukoll dwar l-importanza li l-UE tidħol f’Patt mal-Gżejjer tagħha u tqis sew l-impatt ta’ liġijiet ġodda fuq il-gżejjer. Grazzi għall-emendi imbuttati mill-MPE Cutajar, ir-Regolament dwar il-fuels sostenibbli issa jqisu aħjar il-kundizzjonijiet speċifiċi tal-gżejjer, speċjalment id-dipendenza tagħhom fuq it-trasport bil-baħar. B’hekk vapuri tal-passiġġieri li jidħlu f’portijiet ta’ gżejjer żgħar bħal Għawdex ingħataw aktar żmien biex jadattaw għal dawn ir-regoli.
Mediċini aktar aċċessibbli u affordabbli
Fil-Kumitat tal-Industrija, Cutajar enfasizzat l-importanza tal-aġġornament tal-liġijiet Ewropej dwar il-farmaċewtika. Dan wara pressjoni li għamlet aktar kmieni din is-sena mal-Kummissjoni Ewropea biex l-Unjoni Ewropea tibni l-kapaċità neċessarja biex jiġi żgurat aċċess ugwali u affordabbli għall-kura għaċ-ċittadini kollha, irrispettivament minn fejn jgħixu jew minn liema kundizzjoni medika jbatu.
Din l-imbuttatura kienet immirata lejn it-tnaqqis ta’ nuqqas ta’ provvista ta’ mediċini E-UE u kontroll aħjar tal-prezzijiet. Hija appoġġat ukoll aktar investiment f’terapiji innovattivi u soluzzjonijiet teknoloġiċi, anke fil-qasam tal-mediċini orfni għal persuni li jsofru minn mard rari.
Politika u Liġijiet Diġitali
Matul din is-sena, Dr Josianne Cutajar ikkonkludiet b’suċċess, u ġiet afdata biex taħdem fuq aktar liġijiet diġitali f’isem is-Soċjalisti. Fost dawn hemm l-Att dwar l-Interoperabbiltà, kif ukoll liġijiet relatati mas-cybersecurity. Apparti minn hekk, hi ġiet magħżula biex tirrappreżenta lill-Parlament Ewropew f'Silicon Valley, San Francisco, fejn kellha diversi laqgħat ma’ kumpaniji kbar fil-qasam tat-teknoloġija bħal NVIDIA, Meta u Google. Fost id-diversi temi pertinenti diskussi, kien hemm il-metaverse, l-intelliġenza artifiċjali u s-sigurtà diġitali. Il-MPE saħqet li hemm bżonn ta’ aktar koperazzjoni transatlantika fejn tidħol ir-riċerka u l-innovazzjoni.
Negozji Żgħar u Medji
Bħala membru tal-‘SME Intergroup’ fi ħdan il-Parlament Ewropew, il-MPE kompliet ukoll bil-ħidma tagħha biex taċċerta li
n-negozji żgħar u medji, speċjalment dawk ġejjin minn reġjuni żvantaġġati bħall-gżejjer tagħna, ikollhom aċċess aħjar għal għajnu- na u sapport biex jikkompetu ma’ negozji akbar, anke fil-qasam ambjentali u diġitali. Grazzi għall-pressjoni tagħha u ta’ oħrajn,
il-Kummissjoni Ewropea wasslet biex ħabbret diversi miżuri taħt l-SME Relief Package, sett ta’ miżuri intenzjonati biex jagħtu appoġġ aktar b’saħħtu lil dawn in-negozji, fi żmien ta’ innovazzjoni u sfidi globali.