Merħba ta' eroj lit-tim kollu tal-Arġentina fi Buenos Aires
Illum ġiet iddikjarata bħala festa nazzjonali fl-Arġentina biċ-ċelebrazzjonijiet huma mifruxa matul il-ġurnata kollha

It-tim rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja wasal f’Buenos Aires f’ċelebrazzjonijiet kbar li fihom qed jieħdu sehem eluf ta’ partitarji.
L-ajruplan niżel fl-ajruport prinċipali kmieni t-Tlieta filgħodu, b’Lionel Messi jkun l-ewwel plejer li jfeġġ fil-bieba tiegħu bit-Tazza tad-Dinja f’idu.
Eluf ta’ partitarji ppakkjaw it-toroq li minnhom għadda t-tim abbord xarabank miftuħa u spikkaw il-kuluri bojod u ċilesti, il-kuluri tal-bandiera Arġentina.
Mijiet ta’ eluf oħra mistennija jieħdu sehem f’aktar ċelebrazzjonijiet li se jsiru aktar tard illum, hekk kif il-Gvern iddikjara din il-ġurnata bħala festa nazzjonali.

More in Barranin