Is-sitwazzjoni f’Gaża – jista’ jintlaħaq ftehim ta’ paċi?
Possibilment se jinfetħu il-fruntiera bejn Gaża u l-Eġittu sabiex refuġjati jkunu jistgħu jaqsmu lejn Rafah - territorju li ma jaqax taħt il-ħakma Iżraeljana
Is-sitwazzjoni f’Gaża tibqa’ teskala hekk kif il-Prim Ministru tal-Iżrael Benjamin Netanyahu, ċaħad kull rapport dwar l-ordni ta’ twaqqif ta’ sparar sabiex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu il-fruntiera għal Rafah, l-eqreb territorju li mhux taħt il-ħakma Iżraeljana.
Eluf ta’ familji kellhom jevakwaw darhom, hekk kif ġarrew magħhom dak li setgħu u telqu għal għonq it-triq dan wara li l-Iżrael tahom ordni biex jitilqu f’temp ta’ 48 siegħa. Hemm madwar miljun refuġjat jistenna il-ftuh tal-fruntiera għal Rafah.
Qed jingħad li l- fruntiera se jinfetħu sabiex ir-refuġjati jkollhom ċans jitilqu minn Gaża u jaslu f’post iktar sigur, iżda s’issa din it-triq għadha magħluqa.
Din l-għajta ta’ urġenza biex jemigraw għal-post iktar sigur, għandha tibqa’ miftuħa sabiex tingħata l-għajnuna lil dawk kollha li jinsabu f’din is-sitwazzjoni prekarja.
L-istrixxa ta’ Gaża hija magħluqa minn kull parti mill-militanti ta’ Iżrael hekk kif l-bumbardamenti baqgħu konsistenti. Imkien mhu sigur u r-riżorsi huma skarsi, speċjalment ir-riżorsi tal-isptar.