TopSpin Table Tennis Academy bl-aqwa riżultati

L-istaġun nazzjonali 2018/2019 tat-table tennis ġewwa pajjiżna żgur se jibqa’ jissemma fost il-membri ta’ TopSpin Table Tennis Academy. 

L-istaġun nazzjonali 2018/2019 tat-table tennis ġewwa pajjiżna żgur se jibqa’ jissemma fost il-membri ta’ TopSpin Table Tennis Academy. Dan minħabba r-riżultati pożittivi li kisbu t-timijiet ta’ din l-Akkademja hekk kif intrebħu tliet diviżjonijiet minn erbgħa fil-lig nazzjonali annwali li jiġi organizzat f’Tal-Qroqq.

It-tieni diviżjoni ntrebħet mit-tim TopSpin TT Academy Rasanter, magħmul minn Matthew Micallef, Clayton Montanaro, Daniel Vella Fondacaro u May Zahra, mingħajr ma sofra l-ebda telfa, biex b’hekk, se jkun qiegħed jilgħab fl-ogħla diviżjoni ta’ Malta fl-istaġun li riesaq.

Fit-tielet diviżjoni, Topspin TT Academy Roxon, iffurmat minn Nadia Bonett, Sabine Darmanin, Eddmar Diacono u David Farrugia,ukollħareġbl-unuri. Kemm l-esperjenza ta’ Bonnett u Farrugia, kif ukoll l-għatx għas-suċċess taż-żgħażagħ Darmanin u Diacono,kienu strumentali biex inkiseb dan l-unur mill-Akkademja.

Fir-raba’diviżjoni, Topspin TT Academy Carter ħareġ rebbieħ wara taqtigħa għall-ewwel post sal-aħħar ġurnata. It-tim kien magħmul minn Colin Attard, Massimo Malvesto, Christopher Aguis u Matthew Mangion. L-aħħar żewġ membri msemmija ngħaqdu mal-Akkademja fl-aħħar xhur, madankollu, it-taħriġ serju tagħhom għen biex dan it-tim jilgħab f’diviżjoni ogħla fl-istaġun li jmiss.

Dan is-suċċess ma ġiex b’kumbinazzjoni. Il-mertu jmur għall-plejers kollha kif ukoll għall-kumitat ta’ din l-Akkademja, speċjalment għall-kowċ Edward Baldacchino, li żgur m’għandu bżonn ta’ ebda introduzzjoni ġewwa pajjiżna fejn tidħol il-logħba tat-table tennis. TopSpin Table Tennis Academy taċċerta li kull student li jattendi għas-sessjonijiet tat-taħriġ jieħu aktar mill-mija fil-mija tat-taħriġ ipprovdut. Riċentament, grupp imdaqqas ta’ studenti kellu l-opportunità li jattendi għall-kamp ta’ taħriġ f’Setubal, il-Portugall. Fi kliem Baldacchino “l-esperjenza kienet waħda pożittiva u ċert li se tħalli l-frott tagħha fl-istaġun li ġej”.

Barra minn hekk, l-Akkademja għaddejja bil-kamp ta’ taħriġ tas-sajf, hekk kif se jibqa’ għaddej sa tmiem Settembru. Matul dan il-perjodu, se jżuru l-Akkademja xejn inqas minn tliet kowċis ta’ fama internazzjonali li huma Edward John Lynn, minn Birmingham, kif ukoll Diana Zerdila u Yannis Kordoutis, minnAteni.

Għal aktar informazzjoni fuq TopSpin Table Tennis Academy tista’ żżur is-sit elettroniku topspintabletennisacademy.com jew inkella l-paġna tal-Facebook.

More in Lokali