Umiljazzjonijiet Ewropej għal Hamrun Spartans u Gzira United
Iġarrbu telfiet sostanzjali ta’ 6-1 u 4-0 rispettivament
Kien lejl ta’ miżerja għal Hamrun Spartans hekk kif sofrew telfa massiva ta’ 6-1 f’darhom kontra l-qawwa Ungeriża Ferencvaros, f’logħba valida għat-tielet rawnd ta’ kwalifikazzjoni għall-UEFA Conference League.
Bdew għal Ħamrun Spartans: Federico Marchetti; Joseph Mbong, Steve Borg, Emerson Marcelina, Ognjen Bjelicic, Ryan Camenzuli; Elionay, Roko Prsa, Yuliyan Nenov; Jonny, Seth Paintsil
Bdew għal Ferencvaros: Denis Dibusz; Cristian Ramirez, Ibrahim Cisse, Samy Mmaee, Cebrail Makreckis; Mohamed Ali Ben Romdhane, David Siger, Mohammad Abu Fani; Adama Traore, Barnabas Varge, Kristoffer Zachariassen
Ferencvaros ma damux biex ħadu l-vantaġġ, hekk kif xutt ta Abu Fani minn distanza konsiderevoli sabet ix-xibka fit-3 minuta ta’ logħob. Madanakollu, l-Ispartans baqgħu jikkumbattu u daħlu għall-ħin ta’ mistrieħ bk-iskor minimu ta’ 1-0.
Fil-51 minuta, Zachariassen irdoppja l-vantaġġ għat tim Ungeriż, b’żewġ xuttijiet blokkati mill-Ispartans jerġgħu jaqgħu f’saqajn il-plejers ta’ Ferencvaros, u bit-tielet wieħed jidħol fil-lasta.
Kien hawnhekk fejn Hamrun Spartans ikkrollaw, hekk kif żewġ minuti wara skurja Varga għal Ferencvaros. L-istess Varga għamel l-iskor 4-0 fis-56 minuta, hekk kif ballun fit-tul qabad id-difiża Hamruniżi aljenata. Varga għaqqad il-hat trick personali fil-65 minuta, b’gowl li kien simili ħafna għal dak preċendenti.
Montebello skurja gowl ta’ konsolazzjoni għal Hamrun, b’xutt minn tarf il-kaxxa jegħleb lill-goalkeeper Dibusz.
Ferencvaros ma kkuntentawx bil-vantaġġ enormi li diġa kellhom, u fid-90 minuta Kwabena għamel l-iskor 6-1, wara li ballun imqassam minn Traore ġabu f’sitwazzjoni ta’ vasta vojta.
Hamrun għandhom muntanja x’jitilgħu sabiex ikomplu l-esperjenza tagħhom f’din il-kompetizzjoni, hekk kif iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu għat-tieni logħba li se tintlagħab fil-Groupama Arena, nhar il-Ħamis 17 t’Awwissu fis-7 p.m.
Gzira United affrontaw lit-team mir-Repubblika Ċeka Viktoria Plzen għal logħba valida fl-istess kompetizzjoni, fejn sofrew telfa ta’ 4-0. Il-logħba ntlagħbet fid-Doosan Arena Plzen.
Bdew għal Victoria Plzen: Jindrich Stanek; Lukas Hedja, Robin Hranac, Sampson Dweh; Erik Jirka, Pavel Bucha, Lukas Kalvach, Cadu; Rafiu Durosinmi, Pavel Sulc, Tomas Chory
Bdew għal Gzira United: David Cassar; Marcelo Dias, Gabriel Mentz, Thiaguinho, Carlos Chaba; Georges Essaka, Zachary Scerri, Farid Romero; Brooklyn Borg, Jackson Mendoza, Wilkson
Il-gowl tal-ftuħ wasal fl-10 minuta ta’ logħob, hekk kif kross ta’ Bucha ma għadda bi żbrixx minn mal-plejers taż-żewġ timijiet, u sab ruħu fix-xibka.
Fit-23 minuta, Durosinmi rdoppja l-iskor għal Plzen hekk kif ballun imqassam minn Sulc ġabu wiċċ imb’ wiċċ mal-goalkeeper Cassar, bil-konklużjoni tkun waħda konvinċenti.
L-istess Sulc żied ismu fuq il-lista ta’ min skurja, hekk kif fit-73 minuta, kross tas-sostitut John Edison Mosquera sabu kompletament żmarkat fil-kaxxa ż-żgħira għal konklużjoni faċli.
Fid-90+4 minuti, żewġ sostituti kkombinaw sabiex jagħmlu l-iskor finali 4-0. Dan hekk kif ballun fit-tul minn Ibrahim Benjamin Traore sab lil Jan Kopic waħdu fil-kaxxa, sabiex għeleb għalkollox lil Cassar.
Iż-żewġ timijiet jerġgħu jiltaqgħu għat-tieni logħba li se tintlagħab fil-Millenium Stadium f’Ta’ Qali, nhar il-Ħamis 17 t’Awwissu fis-7 p.m.