Schumacher: Paralizzat u f’wheelchair
Il-pilota Ġermaniż tal-Formula 1 għadu ma jitkellimx u għandu problemi ta’ memorja
Philippe Streiff eks pilota tal-Formula 1 li wkoll jinsab f’wheelchair meta kien ikkraxxja l-Brażil fl-1989 mar jara lil Michael Schumacher fid-dar tiegħu f’Ġinevra u qal li dan hu paralizzat, jinsab ġo wheelchair, ma jistax jitkellem u għandu problemi ta’ memorja.
“Ġej għall-aħjar iżda hu diffiċli ħafna” qal il-Franċiż.
Wara l-inċident li kellu fid-29 ta’ Diċembru waqt li kien qed jiskijja ma’ ibnu, Schumacher waqa' f’koma fejn kien fl-4 ta’ April li ċaqlaq għajnejh. Martu Corinna qatt ma ħallietu waħdu u dejjem iddur bih.
Problemi finanzjarji biex jagħtuh l-aqwa attenzjoni medika m’hemmx żgur fejn Michael Schumacher għandu nofs biljun ewro tiegħu li għandhom iwasslu biex jitħallsu l-fiżjoterapisti, tobba, infermiera u esperti nuroloġiċi.