X'Treme Trials u EnduroCross f'Għawdex
It-trekk artificjali, mimlija ostakli, ser tipprovdi ‘challenge’ mhux hafif ghal sewwieqa membri fl-Assoċċjazzjoni flimkien ma’ sewwieqa Maltin.

Fl-okkazzjoni tal-Kercem Fiesta 2016, festa ta’ muzika, kant, zfin u hafna attivitajiet ohra, il-Gozo Motocross Association, b’kollaborazzjoni shiha mal-Kunsill Lokali Ta’ Kercem, tixtieq tavża li ser torganizza it-tieni edizzjoni ta’ Xtreme Trials & EnduroCross.
Wara s-success kbir li kellha l-ewwel edizzjoni li saret fil-Pjazza tal-Munxar, din id-darba dan l-avveniment, li jinkorpora fih kompetizzjonijiet u wirjiet interessanti u ecitanti minn sewwieqa ta’ muturi Trials, Enduro u Motocross, ser isir gewwa r-rahal ta’ Kercem.
It-trekk artificjali, mimlija ostakli, ser tipprovdi ‘challenge’ mhux hafif ghal sewwieqa membri fl-Assoċċjazzjoni flimkien ma’ sewwieqa Maltin.
It-trekk ser tkun armata apposta fi spajzju enormi fil-berah, bejn il-Gimgha u s-Sibt filghaxija, 28 u 29 ta’ Lulju. Taht dawl artificjali, il-kompetizzjonijiet jibdew fit-8pm, u ser joffru spettaklu uniku ghal dawk kollha prezenti.
Għal aktar tagħrif wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ facebook – Gozo Motocross Association jew imejl [email protected]
jew lill-Kunsill Lokali ta’ Kercem fuq 21563666/79829778 jew imejl [email protected]
