Brian Cini jkompli jagħmel unur lil pajjiżna
Brian Cini - plejer ewlieni tal-isnooker f'Malta li fil-jiem li għaddew kien l-uniku Malti li temm fir-rawnd tal-aħħar 32 f'kampjonat prestiġjuż internazzjonali. Huwa nnifsu tana iktar dettalji:
"Dawn kienu l-logħbiet tiegħi. L-ewwel tlieta kienu tal-grupp u kollha rbaħthom bl-iskor ta' 3-0. Kontra Jenson Kendrick, kelli wirja tajba fejn għamilt breaks ta' 108 u 75."
"Fil-logħba tal-aħħar 32, kont naf li ma kienx se jkolli logħba faċli kontra l-eks plejer professjonali Ashley Hugill. Minkejja li tlift l-ewwel frame, irnexxieli nirkupra tajjeb u dawwart l-iskor 2-1 favur tiegħi. Iżda, Hugill kien f'forma brillanti li nista' ngħid lanqas ċans ma kelli fl-aħħar żewġ frames fejn ukoll huwa għamel break ta' 109 fir-raba' frame."
Nixtieq minn qalbi nirringrazzja lill-isponsors personali tiegħi fosthom lill-MBSA u SportMalta."