Il-Korea ta’ Fuq ikkonfermat li wettqet testijiet fuq tip ġdid ta’ missila ballistika, iżda din id-darba mhux minn fuq l-art, iżda minn taħt il-baħar.
Fil-fatt, din il-missila, li tinkludi arma nukleari, ġiet sparata minn sottomarin, li jfisser li l-Korea ta’ Fuq kapaċi tispara missila ħafna ‘l barra mit-territorju tagħha.
Skont uffiċjali tal-Korea ta’ Isfel, il-missila vvjaġġat 450 kilometru (280 mil) u laħqet għoli ta’ 910 kilometri qabel reġgħet niżlet fil-baħar.
Jidher li l-missila niżlet f’ibħra territorjali Ġappuniżi.
Interessanti wkoll kif il-missila ġiet sparata ftit sigħat biss qabel il-Korea ta’ Fuq tkompli bid-diskussjonijiet nukleari tagħha mal-Istati Uniti.
Il-missila, kienet il-ħdax-il waħda sparata din is-sena mill-Korea ta’ Fuq.