Raġel armat b’sikkina qatel erba’ uffiċjali tal-Pulizija Franċiża quddiem il-Kwartieri f’Pariġi.
Ir-raġel, li l-identità tiegħu għada mhux magħrufa, iżda li x’aktarx jaħdem fl-istess kwartieri, inqatel aktar tard.
Sa issa għadu ma kien hemm l-ebda stqarrija uffiċjali. Iż-żona ta’ the île de la Citétinsab magħluqa.
L-attakk seħħ ġurnata wara li l-Pulizija Franċiża strajkjat minħabba ż-żieda fil-vjolenza fuq l-uffiċjali.
Kemm il-Prim MinistruEdouard Philippeu l-Ministru għall-Intern Christophe Castaner, marru jiġru fuq il-post.