In-nirien li ilhom jaħkmu lill-lvant tal-Awstralja għal l-aħħar sitt xhur għadhom għaddejin, u issa, minħabba l-mewġa tas-sħana, is-sitwazzjoni qed issir aktar gravi.
Ilbieraħ mietu tnejn nies oħra . Wieħed minnhom b'kawża ta' ħabta ta' karozza u l-persuna l-oħra b'kawża ta' ħruq min-nirien. B’żieda ma’ dan, numru kbir ta djar u ta villaġġi ġew evakwati, dan hu minħabba l-periklu tan-nirien għan nies u għad djar. In-nirien, flimkien mat-temperatura għolja, umdità baxxa, u riħ qawwi iggravat is-sitwazzni fl-Istati ta’ New South Wales u South Australia.
Sal-bieraħ dawn in-nirien kienu kollha ddikjarati bħala nirien katastrofiċi. Dan il-livell hu l-ogħla livell ta’ periklu għan-nies u l-ambjent. S’issa, l-ikbar nar, msemmi in-nar ta' Gospers Mountain, hu madwar 4150 kilometri kwadri. Għawnekk, nhar il-Ħamis li għadda, żewġ pumpieri mietu wara li t-trakk tagħhom inqeleb. Ikkumparat ma Malta, dan hu iktar minn 13-il darba ikbar mid-daqs ta’ Malta.
Ilbieraħ, il-Prim Ministru tal-Awstralja Scott Morrison ikkanċella l-vaganza tiegħu fil-Ħawaj, dan wara li talab skuża għaż-żball tiegħu li mar fuq vaganza wat in-nirien. Il-kap tal-Oppożizzjoni Anthony Albanese kien ikkritikata din, wara li qal li waqt inkjesta tal-midja, Morrison kien qal li hu kien qal li ma kienx fil-Ħawaj.