Hemm raġġ ta’ tama bejn l-Iżrael u l-Hamas, hekk kif in-negozjaturi qegħdin jippruvaw jilħqu ftehim wara xhur ta’ ġlied fl-istrippa ta’ Gaża, il-midja internazzjonali tirraporta.
Id-diskussjonijiet qed isiru fil-Qatar, u mistenni li jkun hemm inkluż ftehim ta’ ħelsien t’ostaġġi Iżraeljani maħtufa mill-Hamas. Il-Hamas allegament ċediet il-proposta tagħha biex suldati Iżraeljani jitilqu mnn Gaża.
Taħt dan il-ftehim, suppost kemm il-Hamas u kemm l-Iżrael ikkommettew ruħhom sabiex jikkalmaw il-sitwazzjoni. Skont il-ftehim ukoll, fl-ewwel ġurnata, il-Hamas teħles tliet priġunieri, u l-Iżrael tibda tneħħi l-preżenza tagħha minn postijiet b’populazzjoni densa.
Sebat ijiem wara, il-Hamas jeħilsu erba’ ostaġġi oħra, u l-Iżrael tippermeti n-nies mir-reġjuni tan-Nofsinhar jirritornaw għar-reġjuni tat-Tramuntana, imma bil-pass biss, mal-passaġġ tal-kosta. Vetturi u karrettuni jistu jgħaddu minn passaġġ ħdejn Triq Salah al-Din taħt superviżjoni ta’ ekwipaġġ tas-sigurta’ mill-Qatar u l-Eġittu.
Il-ftehim jistipula li l-forzi Iżraeliti jibqgħu stazzjonati fil-kuritur Philadelphi b’buffer zone ta’ 800 metru mal-fruntieri tal-Lvant u tat-Tramuntana waqt il-fażi inizjali ta’ 42-il ġurnata.
Barra minn hekk, l-Iżrael qablet li teħles elf priġunier, inkluż 190 li kienu ilhom arrestati l’ fuq minn 15-il sena,
Id-diskussjonijiet għal fażijiet ta’ wara għandhom jibdew waqt is-16-il ġurnata tal-ewwel ftehim.
Il-ftehim propost mhux daqshekk popolari qalb il-membri tal-kabinett Iżraelit, li jxeqilbu lejn il-lemin estrem, li skont huma l-ftehim jfisser li l-Iżrael qegħda ċċedi.