Attakk ġdid fuq l-Ukrajna waqt li Trump ikompli jmaqdar lil Zelensky

Ir-Russja twettaq attakk ġdid fuq l-Ukrajna, fejn imutu disa' persuni fil-kapital tal-Ukrajna, Kyiv, u jindarbu kważi 80 persuna • L-attakki saru minkejja l-ftehim għal waqfien mill-ġlied li kienet proposta mill-Istati Uniti u minkejja li l-President tal-Amerka Donald Trump qal li ftehim ta' paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna hija kważi lesta

Ir-riżultat tal-attakk fuq il-kapital tal-Ukrajna, Kyiv (Ritratt: @ZelenskyyUa/X)
Ir-riżultat tal-attakk fuq il-kapital tal-Ukrajna, Kyiv (Ritratt: @ZelenskyyUa/X)

L-attakki fuq l-Ukrajna mir-Russja għadhom m'hedewx hekk kif matul il-lejl ta' nhar il-Ħamis, il-kapital Ukren, Kyiv, laqqat attakk li qatel mill-inqas disa’ persuni u darab 77 persuna, inklużi sitt itfal.

L-assalt militari wassal biex il-President tal-Ukrajna Volodymyr Zelenskyy jikkanċella parti minn żjara uffiċjali fl-Afrika t'Isfel u jirritorna d-dar immedjatament.

Proposta kontroversjali ta’ paċi

Hekk kif it-tensjoni bejn kull pajjiż involut dejjem tikber, l-Istati Uniti ressqu proposta ta’ paċi li tħalli territorji bħal Crimea u partijiet tal-Lvant tal-Ukrajna taħt kontroll Russu, waqt li fl-istess ħin teskludi l-Ukrajna minn sħubija man-NATO. Il-pjan jinkludi wkoll garanziji ta’ sigurtà minn pajjiżi Ewropej.

Il-President Zelenskyy ċaħad b’mod kategoriku din il-proposta, fejn ddikjara li l-ebda parti mill-art Ukrena m’għandha tingħata lir-Russja. "M'hemmx x'tgħid—din hija artna, l-art tal-poplu Ukren," irreaġixxa Zelenskyy. "L-Ukrajna mhux ħa tirrikonoxxi legalment l-okkupazzjoni tal-Krimea... Hija kontra l-kostituzzjoni tagħna."

Il-President Amerikan Donald Trump, li qiegħed ruħi fiċ-ċentru tan-negozjati għall-paċi bejn ir-Russja u l-Ukrajna, ikkritika bl-aħrax ir-rifjut ta' Zelenskyy u akkużah li t-tiċħid mhu ħa jagħmel xejn għajr li jtawwal il-"kamp tal-qtil".

"Qegħdin qrib ħafna għal ftehim, iżda r-raġel "mingħajr karti x'jilgħab" imissu, fl-aħħar, iwettaqha," qal Trump bħala kritika lejn Zelenskky.

More in Barranin