Trump jiġi kkritikat wara li jiżvela l-isem allegat tal-whistleblower
Dan seħħ wara li l-President reġa' tweetja post minn account li jappoġġjah li fih żvela l-isem allegat tal-whistleblower
More in Barranin
Dan seħħ wara li l-President reġa' tweetja post minn account li jappoġġjah li fih żvela l-isem allegat tal-whistleblower
Ilbieraħ filgħaxija, Donald Trump, il-President tal-Istati Uniti reġa' tweetja post minn account li jappoġġah. F'din it-tweet żvela l-isem allegat tal-whistleblower. Barra minn hekk, fil-post stqarr li l-whistleblower għamel allegazzjonijiet foloz u qed ikun protett minn Adam Schiff, iċ-Chairman tal-Kumitat tal-Intelligenza tal-Kamra.
Nhar il-Ħamis li għadda, il-President reġa' tweetja post minn account li jagħmel parti mill-kampanja elettorali tal-President għall-elezzjoni tal-2020. Din il-post inkludiet ħolqa għal artiklu fis-sit The Washington Examiner, gazzetta konservattiva. Dan kienet fost 40 tweet li bagħat jew li reġa' tweetja f’perjodu ta’ madwar tliet sigħat.
Il-whistblower, li hu allegatament analista mas-CIA ressaq ilment anonimu f’Awwissu li fih allega li Trump ħeġġeġ lill-President tal-Ukrajina, Volodymyr Zelensky, biex jinvestiga t-tifel tal-eks Viċi President Joe Biden.
Din ir-retweet kienet wara li t-tifel tiegħu, Donald trump Jr. kien ikkritkat wara li, bħalu reġa' tweetja post li inkludiet l-isem allegat tal-whistleblower. Il-whistblower li s’issa għadu anonimu, qiegħed ikun imwassal ix-xogħol ma’ grupp tas-sigurtà.
Robert Litt, l-eks Direttur Ġenerali għall-Uffiċċju tad-Direttur tal-Intelliġenza Nazzjonali qal fuq l-istazzjon tar-radju National Public: “Kulħadd li qed jaħseb biex jikxef l-isem tal-whistleblower irid jiftakar li jekk il-whistleblower ikun affettwat b’mod ħażin, se jkun hemm responsabbiltà ċivili għal dik l-azzjoni. Waqt li l-iżvela tal-isem innifsu mhuwiex reat, il-kreazzjoni ta’ ambjent ostili jista' jiġi assunt li hu ritaljazzjoni."