Adam Toledo hu l-vittma identifikat fl-isparatura f'Chicago li seħħet fid-29 ta' Marzu. Fil-filmat li ġie mxerred ilbieraħ, li ġie meħud mill-bodycam tal-uffiċjal tal-pulizija, jidher l-istess pulizija jiġri wara l-ġuvnott u jordnalu jieqaf.
Il-ġuvnott deher li waqaf iżda malli jidher jiftaħ idejh kif ordnalu l-Pulizija, f’id minnhom jidher oġġett li iktar tard ġie iddentifikat bħala pistola. Fi stat ta' paniku, il-pulizija spara l-arma tiegħu bil-ġuvnott jidher jaqa’ mal-art.
Il-Pulizija mal-ewwel jinstema' jħeġġeġ lill-ġuvnott biex jibqa' konxju u immedjatament iċċempel għal-għajnuna. Pulizija oħra waslu fuq il-post u bdew is-CPR iżda kien kollu ta' xejn.
(Ara l-filmat hawn)