Filmat | Il-maltemp fi Sqallija jħalli żewġ vittmi; Għargħar kbar f'Katanja

Sqallija u r-reġjuni Taljani ta’ Kalabrija, Basilicata u anke l-Puglia jinsabu taħt allert massimu minħabba l-maltemp meqjus perikoluż

Raġel ta’ 53 sena tilef ħajtu f’Via Etnea, l-aktar triq popolari f’Katanja wara maltemp u xita qawwija li qed jolqot iċ-ċentru tal-Mediterran, partikolarment lil Sqallija. 

Aktar qabel, miet ukoll anzjan ta’ 67 sena fi Scordia li spiċċa mkaxkar mill-ilmijiet hekk kif ħareġ mill-karozza.

Sqallija u r-reġjuni Taljani ta’ Kalabrija, Basilicata u anke l-Puglia jinsabu taħt allert massimu minħabba ċ-ċiklun Mediterranju li qed jikkawża maltemp kbir u anke riħ b’qawwa ta’ 100 kilometru fis-siegħa.

Filmati u anke ritratti juru t-toroq u anke l-pjazez ta’ Katanja u anke bliet oħra mgħerrqa kompletament.

Fil-fatt, l-iskejjel f’Katanja, iċ-ċimiterji u anke l-ġonna jinsabu magħluqa. 

Skont Antonio Sanò, direttur ta’ iLMeteo.it, il-maltemp, meqjus bħala "perikoluż ħafna" mistenni jippersisti sal-ġimgħa d-dieħla.

More in Barranin