Matul il-lejl li għadda, Forsi Russi attakkaw bażi militari f'Lviy, li tinsab ftit biss 'il bogħod mill-fruntiera bejn l-Ukrajna u l-Polonja.
Skont l-Ukrajna, b'kollox ġew sparati madwar 30 missila fuq din il-bażi li tintuża għat-taħriġ u li tinsab 80 kilometru biss 'il bogħod mill-Polonja, li hija membru tan-NATO.
Fil-fatt, fl-aħħar jiem, ir-Russja żiedet l-attakki tagħha fil-Punent tal-Ukrajna u kull ma jmur, l-attakki dejjem qed joqorbu wkoll lejn il-Kapitali Kyiv.
Din il-fruntiera qed tintuża wkoll minn ħafna Ukreni li qed jaħarbu l-gwerra.
Intant, il-President Ukran, Volodymyr Zelensky saħaq li madwar 1,300 suldat Ukren inqatlu minn meta bdiet l-invażjoni Russa.