Emmanuel Macron se jkun qiegħed jiffaċċja lil Marine Le Pen fit-tieni u l-aħħar rawnd ta’ votazzjoni għall-Presidenza Franċiża.
Wara l-votazzjoni li saret ilbieraħ bejn għadd ta’ kandidati, Macron ġab 28.1% tal-voti, filwaqt li Le Pen, kandidata tal-lemin estrem, kisbet 23.3% tal-voti. Jean-Luc Mélenchon ġab 20.1% tal-voti.
Dan ifisser li issa Macron se jkun qed jiffaċċja lil Le Pen. Huwa qed jaħdem biex ikun l-ewwel President Franċiż, f’għoxrin sena, li jkun elett għat-tienin terminu.
Madanakollu, it-tiġrija ma’ Le Pen jidher li se tkun iebsa.
It-Turnout fil-votazzjoni tal-bieraħ kien baxx ħafna meta kkumparat ma’ dak tal-2017.
Il-partit soċjalista u anke l-kandidat tal-partit konservattiv kisbu l-agħar riżultati fl-istorja tagħhom u issa t-tnejn li huma li iħeġġu lill-partitarji tagħhom biex jivvotaw għal Macron u biex ma jagħtux il-vot tagħhom lil Le Pen.
Anke l-kandidat tal-Partit Komunista u dak tal-ħodor qed iħeġġu lis-segwaċi tagħhom biex jivvotaw lil Macron għax ma jridux li l-Lemin Estrem jieħu f’idu l-Presidenza Franċiża.