Kollox jindika li l-Ukrajna rebħet il-battalja ta' Kharkiv matul il-lejl

L-Istitut għall-Istudju tal-Gwerra jgħid li l-evidenza tissuġġerixxi li r-Russja qed taħseb biex tirtira bis-sħiħ kawża tal-kontrooffensiva qawwija ġewwa Kharkiv

Tank Russu mwarrab qrib Kharkiv fejn kontrattakki mbottaw lit-truppi Russi lura lejn il-Lvant. Ritratt: Sergey Kozlov/EPA
Tank Russu mwarrab qrib Kharkiv fejn kontrattakki mbottaw lit-truppi Russi lura lejn il-Lvant. Ritratt: Sergey Kozlov/EPA

Il-forzi Ukreni “jidher li rebħu l-battalja ta’ Kharkiv,” f’dak li jidher bħala "l-aktar avvanz mgħaġġel tagħhom minn meta t-truppi Russi ħarġu minn Kjiv aktar minn xahar ilu." Dan dejjem skont l-Istitut għall-Istudju tal-Gwerra (IOW).

L-aħħar rapporti tal-aġenzija jagħtu iktar kredibilità lil din l-aħabar, b’kelliem għall-Istaff Ġenerali Ukren jgħid li fir-reġjun, “l-isforzi ewlenin tal-għadu huma ffukati fuq l-iżgurar tal-irtirar tal-armata tiegħu mill-belt ta’ Kharkiv”.

Min-naħa l-oħra, ġurnalisti ta’ Reuters irraportaw li l-belt tal-Grigal ilha kwieta għal madwar ġimgħatejn.

Kharkiv hija t-tieni l-akbar belt tal-Ukrajna, 50 kilometru biss mill-fruntiera Russa u ilha taħt il-bumbardament tal-għadu minn meta bdiet il-gwerra fi Frar. Minkejja li mijiet ta' Ukreni nqatlu f'din il-bet, fl-aħħar indirizz tiegħu b'filmat, il-President Volodymyr Zelensky insista li l-forzi tal-Ukrajna qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jeħilsu lill-pajjiż.

 

 

More in Barranin